Тёмный

L-AĦĦAR TISLIMA LIL JOSEPH ZAMMIT 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 3,8 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • “Kienu għexieren dawk li llum waranofsinhar ġew jagħtu l-aħħar tislima lil Joseph Zammit. Joseph Zammit ta’ 48 sena, il-pumpier li sfortunatament ħalla din id-dinja nhar il-Ħadd li għadda wara li sofra minn attakk tal-qalb. F’dan is-servizz se nkunu qegħdin naraw u nsegwu l-aħħar vjaġġ li għamel Joseph Zammit fuq din id-dinja.”
Il-funeral ta’ Zammit, magħruf minn bosta bħala l-‘Queros’, kien l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu hekk kif ttella’ mill-kollegi sħabu mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Kien għalhekk li crew ta’ dan l-istazzjon filgħodu segwa t-tħejjijiet finali fl-Istazzjon tat-Tifi tan-Nar ta’ Kordin. Hawnhekk, kollegi tiegħu kienu qegħdin iżejnu u jippreparaw għadd ta’ vetturi għall-aħħar vjaġġ ta’ seħibhom.
Kien imbagħad għall-ħabta tan-nofs siegħa li l-korteo uffiċjali wasal quddiem il-kamra mortwarja tal-Isptar Mater Dei. Numru ta’ uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili għamlu dik imsejħa bħala silent drill li permezz tagħha ħarġu t-tebut u għabbewh fil-hearse.
Minn hawn il-korteo irħielha lejn l-Istazzjon tat-Tifi tan-Nar ta’ Kordin fejn Zammit qatta’ numru ta’ snin iservi minnha fejn kien stazzjonat. F’tislima qasira mill-kollegi u l-familja tpoġġew numru ta’ fjuri.
Minn Kordin, il-korteo kompost minn numru sabiħ ta’ vetturi minn kull korp dixxiplinat, fosthom għadd ta’ vetturi tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u mill-Korp tal-Pulizija fejn Zammit kien ukoll serva. Dawn ingħaqdu ma’ korpi oħrajn, primarjament il-Forzi Armati ta’ Malta, l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u l-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni u rappreżentanti tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei.
Kien għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar li l-istess korteo wasal fil-Parroċċa ta’ Birżebbuġa minn fejn kien Zammit, li tul ħajtu wkoll kien attiv ferm f’din il-lokalità.
It-tebut ta’ Zammit tniżżel minn ġol-hearse u tpoġġa fuq it-turntable ladder tal-Protezzjoni Ċivili, li għall-okkażjoni kellu wkoll in-numru ta’ LARO 22, Leading Assistant Rescue Officer 22, in-numru ta’ Zammit. B’hekk il-korteo mexa mill-Bajja ta’ San Ġorġ sa quddiem il-Knisja Parrokkjali.
Hawnhekk Zammit intlaqa’ minn għexieren ta’ persuni li ħonqu l-pjazza bi bnadar mezz’asta, li waslu biex isellmulu għall-aħħar darba.
Fost iċ-ċapċip ta’ dawk preżenti, it-tebut tal-pumpier tant maħbub iddaħħal mill-kollegi tiegħu fil-knisja għall-funzjoni reliġjuża. Hawn Zammit kien imdawwar b’numru ta’ uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili b’rashom ilkoll baxxuta b’turija ta’ rispett lejh u lejn is-servizz tiegħu.
Il-quddies kienet ikkonċelebrata mill-Kappillan ta’ Birżebbuġa, il-Kanonku Anton Galea Scannura, li nnota kif Zammit għex il-motto tal-Protezzjoni Ċivili, tul ħajtu kollha, hekk kif salva u pproteġa mhux fil-ħin tax-xogħol biss.
Fl-omelija, ġie nnotat il-kurraġġ ta’ Zammit, hekk kif Galea Scannura rrakkonta episodju wieħed ta’ salvataġġ fejn Zammit salva żewġ persuni f’baħar jibla’ l-art.
Minbarra hekk, fl-istess omelija ingħad kemm Zammit kien bniedem li jħobb lil kulħadd, b’mod partikolari lil tal-familja.
KAN. ANTON GALEA SCANNURA
KAPPILLAN TA’ BIRŻEBBUĠA
“Kien iħobb lil kulħadd, kollegi, ħbieb, il-komunità. Kien iħobb xogħlu u dejjem tkellem b’passjoni kbira fuq xogħlu, imma fuq kollox dejjem ħabb lill-familja tiegħu li kienet dejjem fuq fommu u dawk li jafuh jiftakru kif wiċċu kien jixgħel x’ħin kien jitkellem fuq il-familja tiegħu.”
JOSEPH ZAMMIT
1975 - 2023

Опубликовано:

 

21 сен 2023

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 7   
@lawrencegatt4515
@lawrencegatt4515 10 месяцев назад
❤ well done guys watching from Australia 🇦🇺 & New Zealand 🇳🇿
@rosefalzon5803
@rosefalzon5803 10 месяцев назад
Rip ❤ condolences to his family 🙏
@LeeAnthonyCamilleri
@LeeAnthonyCamilleri 3 месяца назад
😢
@danielcamilleri16
@danielcamilleri16 10 месяцев назад
RIP Joseph. Grazzi ta dak kollu li ghamielt ghal haddiehor.
@beatricelundgren9096
@beatricelundgren9096 10 месяцев назад
REST IN PEACE
@vinciennenaudi9681
@vinciennenaudi9681 10 месяцев назад
R.I.P ziju 😭😭😭
@user-zk6qg6xt5y
@user-zk6qg6xt5y 10 месяцев назад
Nixtieq kont qaddhek hajja
Далее
Выпускаем трек? #iribaby
00:14
Просмотров 228 тыс.
Камень, ножницы, нейронка
00:33
Просмотров 771 тыс.
Elden Ring DLC - ПОДОЖГЛО ПОПУ!
07:26
Просмотров 472 тыс.
TINGĦATA L-AĦĦAR TISLIMA LIL ISMAEL GRIMA
2:48
Просмотров 19 тыс.
L-aħħar tislima lil Lino Grech
2:20
Просмотров 12 тыс.
Militia Funeral - Gilly and Keeves
4:53
Просмотров 3,9 млн
L-aħħar tislima lill-pumpier Joseph Zammit
2:51
Просмотров 1,4 тыс.
ĦABRIEKI, KIEN DEJJEM HEMM GĦAL TA’ MADWARU
4:04
Jingħata l-aħħar tislima Dun René Cilia
2:22
Просмотров 4,6 тыс.
TINGĦATA L-AĦĦAR TISLIMA LILL-FOTOGRAFU KEVIN ABELA
2:10
Выпускаем трек? #iribaby
00:14
Просмотров 228 тыс.