Тёмный

L-EQDEM VIA SAGRA F’MALTA GĦAR-RESTAWR 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 295
50% 1

ONE.COM.MT • Żorna l-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù fir-Rabat, fejn tinsab l-ewwel Via Sagra li qatt iddaħħlet f’pajjiżna fl-ewwel snin tas-Seklu 18. Fl-aħħar jiem tħabbar li dawn l-esebiti storiċi, magħmulin minn sett ta’ 14-il pittura fil-gwarniċ, se jibdew it-triq għal restawr estensiv fuqhom, kif spjegalna l-gwardjan, li hu responsabbli minnhom.
Fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù fir-Rabat, li għandha storja twila li tmur lura għall-wassla tal-Patrijiet Franġiskani f’Malta, insibu diversi opri artistiċi ta’ importanza kbira u wirt kulturali imprezzabbli.
F’din il-knisja, tant għal qalb ħafna nies, insibu sett ta’ 14-il pittura u kwadri tal-Via Sagra jew il-Via Crucis, li se jkun qed isirlu restawr estensiv bi spiża li mistennija tlaħħaq il-ħamsa u sebgħin elf ewro (€75,000).
Żorna l-Knisja, magħrufa aktar bħala Ta’ Ġieżu, fejn tkellimna mal-Gwardjan, Patri Clive Camilleri, li spjegalna kif kien l-Ordni Franġiskan li daħħal id-devozzjoni għall-Via Sagra fil-gżejjer Maltin, bl-ewwel waħda f’din il-knisja fir-Rabat fl-1727, waqt li erba’ snin wara nġieb sett ieħor fil-Knisja Ta’ Ġieżu fil-Belt.
Id-devozzjoni lejn l-istazzjonijiet tas-Salib ingħatat importanza partikolari matul ir-Randan u l-Ġimgħa l-kbira, b’din it-tradizzjoni nġiebet Malta minn bosta patrijiet u pellegrini Franġiskani li kienu jivvjaġġaw mill-Art Imqaddsa.
Rigward dan il-proġett ta’ restawr, il-Gwardjan f’Ta’ Ġieżu qalilna li għandu sinifikat kbir għal diversi raġunijiet.
Dawn l-14-il pittura fil-gwarniċ mhumiex biss artifatti reliġjużi importanti, iżda wkoll opri tal-arti siewja li jirriflettu l-wirt kulturali u artistiku għani li għandu pajjiżna.
Patri Camilleri qalilna li l-preservazzjoni ta’ dawn l-opri tiżgura li l-ġenerazzjonijiet futuri jkunu jistgħu japprezzaw il-valur storiku u artistiku tagħhom.
PATRI CLIVE CAMILLERI OFM
GWARDJAN, KNISJA TA’ ĠIEŻU
“Il-proġett b’kollox ġej jiswa s-somma ta’ €75,000, li jinkludi r-restawr tal-inkwatri tal-pittura u dak kollu li jeħtieġ. Fihom ħafna ħsara fejn anke biċċiet mill-iskultura hi nieqsa, għalhekk ix-xogħol hu wieħed kbir.”
Il-Via Sagra ġejja mill-introduzzjoni tad-devozzjoni tal-Via Dolorosa f’Ġerusalemm fl-1229, rotta proċessjonali li tissimbolizza t-triq proprja li Ġesù mexa lejn il-kalvarju tal-muntanja.
Tradizzjonalment, il-Via Sagra tikkonsisti fl-episodji differenti tal-Passjoni ta’ Kristu u tvarja bejn sebgħa u tnejn u għoxrin xbieha. Fl-1726, il-Papa Benedittu XIII (Tlettax) ta lill-Franġiskani kollha l-indulġenzi tal-istazzjonijiet tas-Salib u stabbilixxa n-numru għal erbatax.
Il-gwardjan semmielna wkoll li, fl-istess knisja, wieħed isib anke relikwa unika fil-gżejjer Maltin, bid-demm ta’ San Franġisk. Din hi konnessa mal-istess Via Sagra, peress li kienet inġiebet ukoll minn Patri Costanzo Vella, li wkoll ġab din l-ewwel Via Sagra f’pajjiżna.
Il-gwardjan kompla li l-proġett ta’ konservazzjoni u restawr hu opportunità biex wieħed jimpenja ruħu iżjed mal-komunità. Semma kif dan il-proġett sinifikanti hu parzjalment sponsorjat mill-Fond tal-Kawżi Ġusti u se jsir minn kumpanija stabilità fir-restawr.
PATRI CLIVE CAMILLERI OFM
GWARDJAN, KNISJA TA’ ĠIEŻU
“Dan il-proġett se jsir mill-kumpanija Atelier del Restauro li tieħu ħsiebu s-Sinjura Valentina Lupo, u għandu jibda minn hawn u ftit ġimgħat oħra. Dan il-proġett hu maħsub li se jdum u jieħu madwar sentejn biex ikun lest. Is-Sinjura Valentina Lupo minn hawn u ftit ieħor se tibda tieħu l-Via Sagra waħda waħda, ftit ftit, fl-istudio tagħha biex ikun jista’ jinbeda dan ix-xogħol.”

Опубликовано:

 

7 июл 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
The People Of Malta
4:57
Просмотров 269 тыс.
IR-RABAT JIŻŻEJJEN BIL-KWIET F’JUM SAN ĠUŻEPP
2:48
Tliet aħwa li jgħixu fid-Dar tal-Providenza
1:24
Просмотров 1,1 тыс.
It-traġedja tal-vapur Um El Faroud.
2:35
Просмотров 17 тыс.
DAR TAS-SEKLU 19 F’BIRKIRKARA SALVATA MINN ŻVILUPP
2:32