Тёмный

L-ESTABLISHMENT B’VALANGA TA’ MIBEGĦDA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 825
50% 1

ONE.COM.MT • Fil-Partit Nazzjonalista, il-fazzjoni dominanti tal-establishment fetħet attakk sistematiku u insensat kontra l-eks Deputat Franco Debono u dawk kollha li qed jagħtuh l-appoġġ, partikolarment il-fazzjoni tal-eks Kap Adrian Delia.
Bis-soltu kliem dispreġġjattiv tagħhom u kordinazzjoni minn diversi bnadi, anke Bernard Grech kien inkluż fil-borma wara li l-Ħadd li għadda tenna li Franco Debono hu Kunsillier fil-Partit u kkonsulta miegħu waqt li kien qed ifassal ix-Shadow Cabinet tiegħu.
KITBA: EMAN PORTELLI
FILMAT: ARKIVJI
L-establishment Nazzjonalista ddikjara gwerra fil-miftuħ kontra l-fazzjonijiet l-oħrajn fil-Partit, immexxi minn Bernard Grech, u l-Kap Nazzjonalista ma ħelishiex lanqas.
Wara li nhar il-Ħadd fl-attività politika tiegħu fis-Siġġiewi, Bernard Grech iddikjara li Franco Debono kien għaddielu suġġeriment fit-tħejjija għax-Shadow Cabinet u li dan illum hu Kunsillier tal-Partit Nazzjonalista, qamu l-irwiefen kollha fil-fazzjoni li għadha tiddomina fid-Dar Ċentrali.
Dan wassal għal sensiela ta’ attakki insensati mill-aħħar jiem ’l hawn mis-soltu membri tal-establishment fuq il-midja soċjali. Fost oħrajn, il-portavuċi tal-fazzjoni u ta’ Repubblika, Manuel Delia, qabbel lill-eks Deputat Franco Debono ma’ “kanċer li reġa’ tfaċċa”.
L-attakki fuq Franco Debono nbdew ukoll mill-Avukat ta’ Bernard Grech, Edward Debono, meta fuq ir-radju tal-Knisja s-Sibt gideb dwaru meta qal li dan qed jitlob li jkun fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista bħala kundizzjoni biex imur lura fil-Partit. Akkuża, li ġiet miċħuda minn Franco Debono nnifsu minnufih, waqt li Edward Debono baqa’ ma ssostanzjax dak li qal.
Minn hawn bdew l-attakki minn personalitajiet magħrufin għas-soltu kliem dispreġġjattiv tagħhom, mibegħda u arroganza tal-establishment. Minbarra l-eks Chief of Staff ta’ Austin Gatt, Manwel Delia, responsabbli wkoll mit-tgħaffiġa tal-Arriva, ħarġu oħrajn jisparaw.
Fosthom l-Avukat Andrew Borg Cardona, magħruf bħala “l-Boċċa” u Godfrey Leone Ganado li ddeskriva lil Franco bħala “żibel”.
Rachel Williams ta’ Repubblika wkoll ittimbrat lil Franco Debono bħala “traditur”, simili għal kif indikah l-Avukat Edward Debono fuq ir-Radju tal-Knisja fejn qal li l-eks Deputat kien waqqa’ l-Gvern Nazzjonalista qabel l-2013.
Lil Rachel Williams, Franco Debono wkoll weġibha u qalilha kif hi u l-establishment lanqas biss jistħu jxerrdu l-mibegħda, eżatt bħall-idolu tagħhom, Daphne Caruana Galizia, fejn fakkar li fi żmienha kienet magħrufa għat-tfigħ tal-platti u l-evażjoni tat-taxxa.
L-Avukat Franco Debono sab jiddefendih, b’mod partikolari, lid-Deputat Għawdxi Alex Borg, li hu magħruf li ma jarax għajn m’għajn mal-establishment u hu ewlieni fil-fazzjoni tal-eks Kap Adrian Delia.
B’dawn il-kummenti u vleġeġ sparati kontra xulxin, komplew juru b’mod ċar il-firda u l-qasma li għadha tiddomina fil-Partit Nazzjonalista.

Опубликовано:

 

22 янв 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
Adrian Delia jindirizza l-media barra l-Qorti
8:53
Просмотров 8 тыс.
🤔
00:28
Просмотров 1 млн
Family Guy Roasting Different Countries
17:29
Просмотров 13 млн
Natalino Fenech u r-risposta ta' Franco Debono
8:32
Просмотров 43 тыс.