Тёмный
No video :(

L-għajn u l-akka jew għala sabu posthom fl-alfabett 

malti-mt
Подписаться 467
Просмотров 28
50% 1

Dr Olvin Vella jesplora diversi dokumenti antiki li huma xhieda tat-tlissin tal-konsonanti Għ u H mill-Maltin tal-imgħoddi. B’hekk, jagħti raġuni soda għaliex Ninu Cremona u Dun Karm inkludewhom fit-tfassil tal-ortografija Maltija bħala żewġ konsonanti li bihom beżgħu għall-għerq bħala element bażiku tal-Malti.
Din is-sensiela ta' taħditiet organizzatha l-Għaqda tal-Għalliema tal-Malti, għaqda nongovernattiva, imwaqqfa fl-1999, li taħdem biex il-membri tagħha jikkollaboraw bejniethom, waqt li toffrilhom pjattaforma għall-iżvilupp professjonali tagħhom. Dan tagħmlu billi torganizza taħditiet u attivitajiet rilevanti, u tfittex li tiżviluppa banek ta' riżorsi b'materjal edukattiv u pedagoġiku għal studenti u edukaturi f'setturi u f'livelli differenti. Ħajr lil Joseph Buttigieg u John Paul Grima.
Id-drittijiet ta’ dan ix-xogħol huma tal-awtur(i)/tal-pubblikatur kif definiti fil-Leġiżlazzjoni xierqa dwar id-Drittijiet tal-Awtur jew kif emendati b’kull leġiżlazzjoni suċċessiva. L-utenti jistgħu jaċċessaw dan ix-xogħol u jistgħu jużaw l-informazzjoni li fih, skont il-Leġiżlazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Awtur u dment li l-awtur jiġi rikonoxxut kif xieraq. Huma pprojbiti d-distribuzzjoni jew ir-riproduzzjoni ulterjuri fi kwalunkwe format mingħajr il-permess minn qabel tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur.

Опубликовано:

 

6 сен 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@theramrunner13
@theramrunner13 5 месяцев назад
Merħba! Jiena minn Malażja, u jiena ilni 6 xhur nitgħallem il-Malti ġa naħseb. Dejjem inħobb bl-istudju ta' lingwistiku Semitiku u partikolarment ninteressa bl-Għarbi u għax dan l-interess jiena sibt il-Malti. Issa jiena xorta qed nitgħallem il-Malti u kien l-interess tiegħi li nqabbel l-element Semitiku fil-Malti mal-Għarbi. Inħobb ħafna diskussjonijiet bħal dawn! Peress li hawn ma għandi min nitkellem bil-Malti, bqajt nuża l-għ, l-akka, l-ħ u l-q kif fl-Għarbi, u dan naħseb jgħini fir-rigward ta' posthom fil-kliem il-Maltin. (Niskuża ruħi jekk hawn żbalji fil-kitba tiegħi 🙏) Grazzi u mas-sliema minn Malażja 🇲🇾