Тёмный

MALTI U TUNEŻIN JINŻAMMU ARRESTATI B’RABTA MAL-IŻBARK F’DELIMARA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 716
50% 1

ONE.COM.MT • Malti u Tuneżin inżammu arrestati wara li wieġbu li mhux ħatja għal akkużi ta’ traffikar ta’ persuni u kriminalità organizzata, fost l-oħrajn.
Huma tressqu l-Qorti l-Erbgħa waranofsinhar b’rabta mal-każ tal-iżbark illegali ta’ diversi immigranti fil-lejl ta’ bejn it-13 u l-14 ta’ Settembru qrib il-powerstation ta’ Delimara fi 3:30am.
Iż-żewġ imputati huma Roger Mangion (03,04 QMIS BAJDA) ta’ 64 sena minn Birżebbuġa u Mohamed Derbel (05 FLOKK AĦDAR) ta’ 46 sena mit-Tuneżija.
Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispetturi Karl Roberts u Lydon Zammit, spjegat ir-raġunijiet għall-arrest taż-żewġ imputati.
Fil-fatt, huma spjegaw kif l-akkużi fil-konfront ta’ Derbel u Mangion jinkludu dawk li organizzaw għaqda ta’ persuni bil-ħsieb li jagħmlu reati kriminali u li assoċjaw ruħhom flimkien bil-għan li jagħmlu delitt f’Malta, fost oħrajn.
L-arrest ġie kkontestat f’isem Derbel. Madankollu, wara diversi sottimissjonijiet miż-żewġ partijiet, il-Qorti ddikjarat li l-arrest kien wieħed validu.
Meta d-difiża taż-żewġ imputati talbet għall-ħelsien mill-arrest, il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għal din it-talba għal diversi raġunjijiet fosthom fuq biża’ ta’ intralċ tal-provi.
Wara s-sottomissjonijiet bejn iż-żewġ partijiet il-Qorti, immexxija mill-Maġistrat Marse-Anne Farrugia, ċaħdet it-talbiet għall-ħelsien mill-arrest.
Intant, quddiem il-Qorti tressqu wkoll erba’ imputati oħra, Sirjani, li isimhom ma jistax jixxandar b’ordni tal-Qorti.
Huma ġew akkużati bi traffikar ta’ bnedmin hekk kif għenu lil persuni jinżlu l-art minn fuq id-dgħajsa. Huma wieġbu li huma ħatja.
Fid-dawl tal-koperazzjoni tagħhom fl-investigazzjoni tal-Pulizija u tal-ammissjoni bikrija tagħhom, il-Qorti tat lill-erba’ imputati sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal 3 snin.

Опубликовано:

 

4 окт 2022

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@tunistick8044
@tunistick8044 Год назад
it's "tunsi" not "tuneżin", i mean come on it's so easy!
Далее
IR-REAZZJONI TAL-PM WARA D-DEĊIŻJONI TAL-QORTI
3:26
Я читаю переписки сына
00:18
Просмотров 670 тыс.
TALBA BIEX JIĠI INVESTIGAT ALEX BORG
2:15
ĊIPRU F’PANIKU BI TNAQQIS FIT-TURISTI
2:28