Тёмный

MEĦLUSA MILL-ARREST WARA LI TRESSQU B’AKKUŻI TA’ SERQ AGGRAVAT 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 1,3 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT •
Il-Qorti llum fetħet b’urġenza biex f’awla erbatax tisma’ l-każ ta’ tliet żgħażagħ li ġew mixlija b’serq aggravat u li kkawżaw ħsara f’ħanut f’Marsaskala.
MEĦLUSA MILL-ARREST WARA LI TRESSQU B’AKKUŻI TA’ SERQ AGGRAVAT
Maria Pia Grech ta' dsatax -il sena, Massimo Fasanelli ta' tnejn u għoxrin sena u Clyde Mallia ta' wieħed u għoxrin sena ngħataw il-ħelsien mill-arrest wara li tressqu l-Qorti mixlija b'serq u li kkawżaw ħsara f'ħanut f'Marsaskala.
Fil-Qorti l-ispettur Joseph Mercieca spjega kif fil-5 ta' Diċembru Fasanelli u Mallia, għall-ħabta tat-tmienja ta' filgħaxija daħlu fil-ħanut li taħdem fih Grech, iżda kif semgħu l-alarm ħarġu jiġru.
Intqal li fis-6 ta' Diċembru għall-ħabta tas-siegħa ta' filgħodu reġgħu ttantaw xortihom u saħansitra sgassaw is-safe tal-ħanut.
Huma wieġbu mhux ħatja fil-konfront ta’ akkużi relatati ma’ serq aggravat ta' flus, sigaretti u mobile top-up cards u li kkawżaw ħsara.
Dan filwaqt li Fasanelli waħdu ġie akkużat li kiser il-kundizzjonijiet ta' ħelsien mill-arrest imposti fuqu mill-Qorti b’rabta ma’ każ separat.
Dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali li fiha ġiet preżervata l-evidenza li fost oħrajn jinkludu filmati minn kameras tas-sigurtà li ġew elevati mill-ħanut kif ukoll minn residenza ta’ wieħed mill-imputati fejn Massimo Fasanelli u Clyde Mallia dehru deħlin bis-sigaretti allegatament misruqa.
Fil-Qorti id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest fejn argumentaw li l-ħelsien mill-arrest huwa r-regola filwaqt li meta wieħed jinżamm arrestat huwa l-eċċezzjoni.
L-avukat Hermann Mula spjega li Grech u Fasanelli saħansitra ngħataw il-benefiċċju tal-police bail waqt l-investigazzjoni u xorta waħda kkoperaw.
Din it-talba sabet l-oppożizzjoni mill-prosekuzzjoni hekk kif stqarret li hemm nuqqas ta' affidabilità l-aktar fil-konfront ta' Mallia u Fasanelli.
L-imputati li qattgħu ħafna ħin fil-qorti b’wiċċhom l-isfel, ingħataw il-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet u depożitu ta' tlett elef ewro u garanzija personali ta' għaxart elef ewro.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima ddeċidiet ukoll li l-imputati jridu jidħlu d-dar fis-sebgħa ta’ filgħaxija u ma joħorġux qabel it-tokki tas-sebgħa ta’ filgħodu.

Опубликовано:

 

17 дек 2021

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 3   
@lordnggamermtpoppy3829
@lordnggamermtpoppy3829 2 года назад
dak biex tar kemm awn faqar fmalta, lola tal hajja zdidet 50% ul pagi ta nies 1% flahhar 5snin
Далее
FOST L-INTERROGATI DWAR IS-SERQA FIŻ-ŻURRIEQ
2:30
Просмотров 17 тыс.
Beautiful sport😍
00:20
Просмотров 331 тыс.
IL-PM QALB IN-NIES FIL-BELT VALLETTA
1:35
Просмотров 332
KONTRA ŻONA GĦALL-MUDELLI TAL-AJRUPLANI
1:52
ATTAKK FUQ QRABA TA’ MINISTRI BLA BAŻI
2:33