Тёмный

ORDNATA PROTEZZJONI LIL FEARNE 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 515
50% 1

ONE.COM.MT • Ftit tal-ħin ilu, l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia ordna li Chris Fearne u l-familja tiegħu jingħataw protezzjoni.
Dan f’ruling li ta wara talba minn Fearne lbieraħ favur il-protezzjoni tas-sedja biex ikun jista’ jkompli jaqdi dmirijietu.
L-ispeaker ordna wkoll li kopja tar-ruling tgħaddi għand l-Ambaxxata Amerikana biex id-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti jkun jista’ jagħti prijorità assoluta u jinvestiga l-allegazzjonijiet ta’ frame up fil-konfront ta’ Mr Chris Fearne.
KITBA: SAMUEL LUCAS
FILMAT: PARLAMENT / ARKIVJI
L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Anġlu Farrugia, informa lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jagħti l-protezzjoni kollha meħtieġa lid-Deputat Chris Fearne u lill-familja tiegħu.
Dan waqt ruling fil-bidu tas-seduta Parlamentari tat-Tlieta, wara li jum qabel id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista, Chris Fearne, talab il-protezzjoni tas-sedja biex ikun jista’ jkompli jaqdi dmirijietu.
Fearne għamel referenza għal diversi artikli ppubblikati, li jindikaw ċar kif hu kien vittma ta’ frame-up li nħema kontrih. Hu qal kif dan il-frame-up sewa aktar minn €6 miljun, bi stejjer kompletament ivvintati.
ANĠLU FARRUGIA
SPEAKER TAL-PARLAMENT
“Qiegħda b’dan l-istess ruling tinforma lill-Kummissarju tal-Pulizija biex minbarra li l-istess investigazzjoni li qed jagħmel, jara li jagħti l-protezzjoni kollha meħtieġa kif mitluba mill-Onorevoli Chris Fearne u l-familja tiegħu. Ir-ruling huwa deċiż.”
Fir-ruling li ta, Dr Farrugia ħa azzjoni fil-konfront tal-kumpaniji allegatament responsabbli mill-frame-up, li kien irrapportat mill-Boston Globe u t-Times of Malta, fuq informazzjoni li waslet lin-network globali OCCRP.
ANĠLU FARRUGIA
SPEAKER TAL-PARLAMENT
“Is-sedja tħoss li f’dan il-każ partikolari u uniku wara l-qari ta’ dan ir-ruling tordna lill-Iskrivan tal-Kamra tgħaddi kopja ta’ dan ir-ruling lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin biex jinnotifika b’mod verbal lill-Ambaxxata Amerikana u l-High Commission Ingliża fejn jidhru l-kumpaniji li kienu allegatament il-moħħ tal-imsemmi fake news indikat.”
Dan biex b’hekk dawn l-allegazzjonijiet jingħataw anke prijorità assoluta u jiġu investigati mid-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti, apparti l-investigazzjonijiet li diġà hemm għaddejjin mill-Pulizija Maltija.
Biex wasal għal dan ir-ruling, l-Ispeaker ikkwota wkoll mir-rapport tal-OCCRP fejn saħansitra ġie indikat aġir irresponsabbli minn ġurnalisti li komplew ixerrdu informazzjoni li kienu jafu li kienet falza. Farruga fir-ruling li ta, ikkunsidra l-pożizzjoni fil-House of Commons dwar id-diżinformazzjoni u l-fake news bħala theddida għad-demokrazija.
Farrugia spjega wkoll li s-sedja, filwaqt li m’għandha l-ebda mansjoni li tinvestiga dak li ġie rrapportat, fehmet ir-rwol importanti tal-Parlament meta jiġi attakkat membru elett mill-poplu.
B’rabta ma’ dan, it-Tnejn, il-Prim Ministru Robert Abela mill-ġdid ikkundanna l-allegazzjonijiet fil-konfront ta’ Chris Fearne.

Опубликовано:

 

8 июл 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 3   
@MrRon148
@MrRon148 13 дней назад
Hekk sewwa u xieraq. Dawn mhux affarijiet li ghandhom jithallew ghaddejjin.
@danielcamilleri16
@danielcamilleri16 13 дней назад
Issa minn ghamel Dan il FRAME UP jigi quddiem il LIGI. KULLHADD JAF LI L-AMERKA TAMEL MINN KOLLOX BIEX TKISER POPLU U PAJJIZ , BASTA TKUN KOMDA HI. HUDU EZEMPJU MILL POPLU PALESTINJAN, QERDUH U JOQTLU NIES U TFAL INNOCENTI BLA HTIJA TA XEJN. BASTA TADGHDI TAGHOM.
Далее
2DROTS vs WYLSACOM! КУБОК ФИФЕРОВ 1 ТУР
07:25
Strong cat !! 😱😱
00:19
Просмотров 2,6 млн
L-MPE LABURISTI DWAR IL-VOT TAT-TLIETA
3:51
The exact moment Biden lost the debate | About That
13:09
Biggest moments during Biden-Trump debate
2:16
Просмотров 3,8 млн