Тёмный

RAĠEL JAMMETTI LI FFASTIDJA LIL OMM ULIEDU 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 533
50% 1

ONE.COM.MT • Insegwu issa ġabra ta’ aħbarijiet mill-awli tal-Qorti.
KITBA: L.ABELA GRECH/ E.PORTELLI
FILMAT: ARKIVJI
Raġel ta’ 30 sena minn Bormla ngħata l-ħelsien mill-arrest sakemm jingħata s-sentenza mill-Qorti wara li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih b’rabta ma’ vjolenza domestika.
Ir-raġel, li ismu mhux qed jixxandar biex tiġi protetta l-identità tal-vittmi, ammetta li fost oħrajn iffastidja lis-sieħba tiegħu u aggredixxa lill-missierha.
Huwa kien diġà taħt sentenza sospiża.
Fil-Qorti nstema’ li r-raġel mar id-dar ta’ fejn toqgħod il-mara, li hija wkoll omm uliedu, wara argument li beda bil-messaġġi bil-mobile. Huwa ta’ daqqiet ta’ sieq mal-bieb ta’ barra, u meta missier il-mara fetaħ il-bieb, ir-raġel ħebb għalih. Huwa anke pprova jattakka lill-uffiċjali tal-Pulizija li marru fuq il-post wara rapport.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, bil-prosekuzzjoni ma toġġezzjonax, imma talbet li tinħareġ ordni ta’ protezzjoni għall-vittmi. Ir-raġel ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5,000 fost kundizzjonijiet oħra.
REVOKATA MULTA LI KIEN INGĦATA KAĊĊATUR
Multa ta’ €1,500 li kien weħel kaċċatur dwar kaċċa llegali ġiet revokata fil-Qorti tal-Appell Kriminali.
L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera rrevokat il-kundanna ta’ Jesmond Saliba, li kien ingħata mill-Qorti tal-Maġistrati fuq akkużi li fl-2020 kien ikkaċċja meta l-istaġun tal-kaċċa kien magħluq.
L-Imħallef esprimiet diżappunt kbir għall-fatt li xhieda importanti, inkluż il-voluntiera tal-CABS, ma tressqux biex jixhdu quddiem il-Qorti.
TITPOĠĠA FUQ PROBATION WARA LI SERQET ĊRIEKET
Mara ta’ 46 sena li tgħix il-Gżira tpoġġiet taħt ordni ta’ probation għal tliet snin wara li ammettiet li serqet ċrieket tad-deheb b’valur ta’ kważi €1,200 minn ħanut fil-Belt.
Hija ammettiet ukoll li żammet għandha affarijiet misruqa u li hi riċediva.
Il-Qorti ordnat ukoll sabiex tħallas l-ammont tal-valur li serqet sabiex tikkumpensa għar-reat li għamlet.

Опубликовано:

 

4 янв 2023

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
IR-REAZZJONI TAL-PM WARA D-DEĊIŻJONI TAL-QORTI
3:26
Просмотров 2,1 тыс.
МЕГА ФОКУС С КАЛЬКУЛЯТОРОМ
00:33
TALBA BIEX JIĠI INVESTIGAT ALEX BORG
2:15
ĊIPRU F’PANIKU BI TNAQQIS FIT-TURISTI
2:28