Тёмный

SPETTAKLU TAN-NAR F’NOFSILLEJL FIL-QRENDI 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 1,6 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT •
Fis-servizz li jmiss, se nitkellmu dwar spettaklu tan-nar, li se jittella’ fuq is-Sede tas-Soċjetà Mużikali Santa Marija tal-Qrendi għall-ewwel darba llum f’nofsillejl.
SPETTAKLU TAN-NAR F’NOFSILLEJL FIL-QRENDI
Jumejn ’il bogħod mill-festa tal-Għid tal-Assunta, One News żar il-Qrendi, fejn kien għadu kif tlesta l-armar ta’ struttura għolja 40 pied, bil-forma ta’ raddiena li mistennija tinxtegħel f’nofsillejl tas-Sibt, wara li jkun sar it-tlugħ tal-istatwa tal-Madonna fuq il-pedestall tal-Inkurunazzjoni.
Is-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija Qrendi se jtellgħu spettaklu awdjoviżiv li jinkludi nar sinkronizzat mal-mużika minn fuq il-bejt tas-sede tal-Banda Santa Marija tal-Qrendi.
Din l-istruttura tax-xorta tagħha, fuq bejt ta’ każin, hija innovazzjoni ġdida u qed issir għall-ewwel darba f’pajjiżna. Dan ix-xogħol ġie maħdum mill-Pirotekniċi voluntiera tal-Għaqda tan-nar Santa Marija tal-Qrendi.
Tkellimna mas-Sur Emilio Farrugia li huwa s-segretarju ta’ din is-soċjetà, fejn fost oħrajn kellimna dwar il-prekawzjonijiet li ttieħdu biex tinbena din l-istruttura li saħansitra ġiet iċċertifikata minn inġinier.
EMILIO FARRUGIA
IS-SEGRETARJU TAS-SOĊJETÀ MUŻIKALI SANTA MARIJA
‘Wara waqfa ta’ sentejn, bħala Għaqda tan-Nar Santa Marija tal-Qrendi, ħassejna li nerġgħu nirritornaw għan-normal bil-kbir, u għalhekk iddeċidejna li nagħmlu din l-istruttura li hija l-ewwel darba għal pajjiżna, li ħa tkun b’dan il-kobor, u ħa tinħaraq minn fuq bejt ta’ każin, li magħha se jkun qed jinkludu wkoll spettaklu ta’nar ieħor, li se jinħaraq illejla f’nofsilejl fuq il-bejt tal-Palazz Marija Assunta.’
Il-qofol jintlaħaq lejliet il-festa tat-tlugħ fis-sema ta’ Marija Santissima, fid-9.30 ta’ filgħaxija, bl-ispettaklu tan-nar tal-ajru u tal-art, bir-ritorn ta’ ‘The Conquest of Darkness’ fil-bypass tal-Qrendi.

Опубликовано:

 

15 окт 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
Natura Maltija - Il-Gżejjer Maltin
3:03
Просмотров 3,4 тыс.
IR-RABAT JIŻŻEJJEN BIL-KWIET F’JUM SAN ĠUŻEPP
2:48
КТО БОИТСЯ КЛОУНОВ?? #shorts
00:20
Просмотров 609 тыс.
Università Amerikana f'Malta.
3:33
Просмотров 1,7 тыс.
Malta Flimkien : Intervista fis-Siġġiewi
1:09:40
Просмотров 1,2 тыс.
ĦAL QORMI JSELLEM LIS-SINDKU MAĦBUB
2:23
Просмотров 6 тыс.
FRAMEWORK MALTI “ROBUST” GĦALL-INSIB
2:31
IMĦASSRA L-FESTA ESTERNA TA’ SANTU WISTIN
2:13
Просмотров 4,2 тыс.
Nirien ħakmu dar f’Ħal Qormi.
2:08
Просмотров 2,4 тыс.