Тёмный

TA’ BUSUTTIL RIEDU JAGĦMLU FRAME-UP FUQ DEPUTAT TAL-PN 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 17 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT •It-taqtigħa għat-tmexxija li ħalliet ħerba sħiħa fil-Partit Nazzjonalista nislet ukoll ir-reazzjoni mill-eks kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli.
Bl-aktar mod skjett Portelli ddikjara li n-nies ta’ Simon Busuttil huma beżżiegħa li kienu lesti jagħmlu frame up fuq seħibhom bil-għan li jheddu l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
KITBA: KYLE MIFSUD
FILMATI: TVM / ARKIVJI
Il-burraxka qawwija li reġa’ għaddej minnha l-Partit Nazzjonalista kompliet iġġib magħha diversi reazzjonijiet minn persuni li sa ftit sin ilu kienu jimmilitaw fil-qalba tal-Partit Nazzjonalista.
L-eks kandidat għat-tmexxija tal-Partit Frank Portelli fetħilha qatta’ bla ħabel kontra l-eks Kap Simon Busuttil u l-fazzjoni tiegħu li qed tirrappreżenta l-establishment tal-Partit Nazzjonalista.
FRANK PORTELLI - EKS KANDIDAT PN
“NAĦSEB IL-PROBLEMA HIJA ĊARA HUX. MIN TILEF L-ELEZZJONI MA NAĦSIBX LI RIED JAĊĊETTA R-RIŻULTAT”
Saħansitra ddikjara li sabiex ikunu fil-poter, Simon Busuttil u sħabu kienu lesti jagħmlu Frame Up fuq deputat fuq il-bankijiet tagħhom stess.
“ISSEMMA DAN IN-NUMRU 17- MHUX VERA HUWA GIDBA. ANKI HEMHEKK TARA IL-MISINFORMAZZJONI. EŻEMPJU STEPHEN SPITERI MA JRIDX IKUN PARTI MINN DIN. DAWN KIENU LESTI JAGĦMLU FRAME UP U JGĦIDU LI QIEGĦED MAGĦHOM META MA NKUNX QIEGĦED MAGĦHOM”
Portelli fakkar li l-establishment Nazzjonalista ta’ Gonzi u Busuttil wassal lill-partit għal telfiet elettorali kbar.
“L-ESTABLISHMENT TELLIFNA ŻEWĠ ELEZZJONIJIET. WAĦDA B’€35,100 U OĦRA B’AKTAR. JIĠIFIERI KEMM TAĦT GONZI U TAĦT SIMON TLIFNA ŻEWĠ ELEZJZONIJIET MHUX DELIA TELLEF L-ELEZZJONIJIET. JEKK NERĠGĦU IMMORRU LURA GĦAL DAWN IN-NIES NERĠGĦU NITILFU.”
L-eks President tal-Eżekuttiv Nazzjonalista stqarr ukoll li l-fazzjoni ta’ Busuttil ma tridx tħalli lil Adrian Delia jaħdem.
“BSATEN FIR-ROTI L’ĦIN KOLLU. SOCIAL MEDIA, KAMPANJA, JIVUTAW KONTRA, ISIR SURVEY U JIVVUTAW KONTRIH”
Portelli rrabja wkoll għal fatt li eks esponenti ta’ Busuttil baqgħu jikkummentaw.
“IMMA INT QED TGĦID GĦAMLULU L-BSATEN FIR-ROTI. - IL-ĦIN KOLLU, TARA STQARRIJIET, STQARRJIA KONTRA, MA TISTAX TAGĦMEL LI TRID, EKS SEGRETARJA ĠENERALI TAGĦMEL STQARRIJIET KONTRA. MA TISTAX”
Huwa għamel aċċen ukoll għal Simon Busuttil.
“TIĠI EKS KAP SIMON JGĠIDLU MA NOĦROĠX. MELA INT TISTA? THAT’S YOUR OPINION? KAP META JIRREŻENJA GĦANDU JWARRAB U M’GĦANDUX JITNIFFES”
Mistoqsi dwar x’inhu l-għan għar-ribelljoni tal-esponenti ta’ Simon Busuttil, Portelli qal li jridu biss ikissru lil Adrian Delia.
“IVA ŻGUR DAWN IN-NIES HEKK IRIDU. IRIDUH JITLEF. DIK IL-PROBLEMA LI JRIDUH JITLEF. TO CUT YOUR NOSE TO SPITE JGĦIDU L-INGLIŻI, BIL-MALTI AKTAR KKULURITA L-ESPRESSJONI”
Hawnhekk sostna li nies bħal Jason Azzopardi għandhom jiġu ċċensurati u jitkeċċew mill-Partit
“L-EŻEKUTTIV GĦANDU L-POTER LI JIĊĊENSURA LIL DAWN IN-NIES. L-ISTATUT JGĦID ĊAR, MIN JAGĦMEL ĦSARA LILL-PARTIT GĦANDU JITKEĊĊA”
U jekk ma kienx ċar biżejjed, Portelli reġa’ tenna.
“DAWN QED JAĦDMU BIEX IKISSRU LIL DELIA AND THEY ARE COWARDS”

Опубликовано:

 

13 фев 2020

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 2   
@jonathanfarrugia1481
@jonathanfarrugia1481 4 года назад
Gensna
@philipattard1517
@philipattard1517 4 года назад
Philip attard
Далее
Камень, ножницы, нейронка
00:33
Просмотров 711 тыс.
Копия iPhone с WildBerries
01:00
Просмотров 2,8 млн
Beautiful sport😍
00:20
Просмотров 325 тыс.
Dave Allen - religious jokes
13:20
Просмотров 6 млн
TAL-PN MA JRIDUX DIBATTITU DWAR GAZA
2:01
Просмотров 187
IL-PM QALB IN-NIES FIL-BELT VALLETTA
1:35
Просмотров 300
Камень, ножницы, нейронка
00:33
Просмотров 711 тыс.