Тёмный

Tisqifa għall-Għana Tagħna - Episodju 06 | Ċikku Degiorgio tal-Fjuri 

malti-mt
Подписаться 425
Просмотров 638
50% 1

Tisqifa għall-Għana Tagħna hi sensiela ta’ Ġorġ Mifsud-Chircop li xxandret fuq Campus FM. Fis-sitt episodju jkompli l-intervista ma’ Ċikku Degiorgio ‘tal-Fjuri’.
F’dan il-programm Ġorġ Mifsud Chircop ikompli jitkellem ma’ Ċikku Degiorgio ‘tal-Fjuri’ dwar l-għana. Din id-darba jitkellem miegħu fid-dettall dwar l-għana tal-fatt. Nisimgħu żewġ għanjiet b’din it-tema. L-ewwel waħda, ‘Tifħira lill-Mulej’, kitibha u jgħanniha Ċikku stess. Jakkumpanjawh fuq il-kitarri, Kalċidon Vella ‘ta’ Mustaċċa’, ibnu Mark u Willie Saliba. It-tieni għanja, li hija mistħajla, ‘Tifel Keċċietu Ommu’, titgħanna minn Ċikku li huwa akkumpanjat fuq il-kitarri minn Kalċidon Vella ‘ta’ Mustaċċa’, bint Denise u Mosè Casha ‘ta’ Lucy’.
Ħajr lil Stephen Buhagiar għar-ritratt.
Id-drittijiet ta’ dan ix-xogħol huma tal-awtur(i)/tal-pubblikatur kif definiti fil-Leġiżlazzjoni xierqa dwar id-Drittijiet tal-Awtur jew kif emendati b’kull leġiżlazzjoni suċċessiva. L-utenti jistgħu jaċċessaw dan ix-xogħol u jistgħu jużaw l-informazzjoni li fih, skont il-Leġiżlazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Awtur u dment li l-awtur jiġi rikonoxxut kif xieraq. Huma pprojbiti d-distribuzzjoni jew ir-riproduzzjoni ulterjuri fi kwalunkwe format mingħajr il-permess minn qabel tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur.

Опубликовано:

 

3 июн 2023

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@user-yt4fk7xs6d
@user-yt4fk7xs6d 9 месяцев назад
Tal genn....xi gmiel ta kliem u tifhir
Далее
Я читаю переписки сына
00:18
Просмотров 651 тыс.
Victor Vella
1:04:36
Просмотров 292
Il-Lexicon ta’ Mikiel Anton Vassalli
10:48