Тёмный

UFFIĊJALI MALTIN F’OPERAZZJONI FIL-GREĊJA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 244
50% 1

ONE.COM.MT •
Wara talba mill-Gvern Grieg, erbgħin uffiċjal Malti mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili se jħallu pajjiżna biex jagħtu l-għajnuna f’operazzjoni tat-tifi tan-nar fil-Greċja.
F’konferenza tal-aħbarijiet fl-istazzjon tat-tifi tan-nar ta’ Ħal Far, ingħataw id-dettalji b’rabta ma’ din l-operazzjoni, li se tkun it-tieni waħda f’dan il-pajjiż.
Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, diġà ntbagħtu bil-baħar lejn il-Greċja numru ta’ vetturi li se jintużaw f’din l-operazzjoni.
Il-Ġimgħa se jitilqu ħames uffiċjali biex jaraw li l-wasla tal-vetturi marret sew, filwaqt li t-Tnejn li ġej jitlaq l-ewwel kontinġent ta’ ħmistax-il uffiċjal. Lejn l-aħħar tax-xahar, dan il-kontinġent jasal lura Malta u jieħu postu tim ieħor ta’ għoxrin uffiċjal.
Mal-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, se jingħaqdu wkoll żewġ voluntieri minn żewġ għaqdiet volontarji Maltin - l-Emergency Fire and Rescue Unit u s-St John Ambulance and Rescue Malta.
Fil-konferenza ġie spjegat li, fid-dawl li t-temperaturi mistennija jkomplu jiżdiedu fil-jiem li ġejjin, l-operazzjoni se ssir biex tevita diżastri li jistgħu jseħħu, bħala riżultat li n-nirien fil-foresti jkomplu jinfirxu jew minħabba nuqqas ta’ riżorsi.
Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, Peter Paul Coleiro, spjega li ż-żona fejn se ssir din l-operazzjoni hi differenti minn dik tas-sena l-oħra, hekk kif is-sajf li għadda, l-uffiċjali Maltin marru fl-inħawi ta’ Ancient Olympia, filwaqt li din is-sena se jmorru Patras, li hu aktar viċin t’Ateni.
PETER PAUL COLEIRO
DIRETTUR, CPD
“Għall-Gvern Grieg, kull area hi sensittiva, imma din id-darba tana area li hi aktar sensittiva u hi aktar importanti għalihom u jkun hemm nirien li huma ċertament ikbar u dan juri li s-sena li għaddiet, tajnihom impressjoni tajba bix-xogħol li għamilna u fdawna f’area iktar sensittiva.”
Hu spjega wkoll id-differenza fid-dimanika ta’ operazzjoni li tkun ippjanata minn qabel.
PETER PAUL COLEIRO
DIRETTUR, CPD
“It-tibdil fil-klima jaf bih kulħadd, il-Gvern Grieg, sena wara sena, qed isofri nirien kbar li qed iġibuh għarkupptejh biex jitfihom, u allura qed isir pre-positioning, jiġifieri through l-mekkaniżmu tal-Unjoni Ewropea, jgħajtu għall-għajnuna u timijet ikunu avżati. Ikollna ċans nitkellmu u nippjanaw, pereżempju, il-vetturi li qegħdin nibagħtu, jaqblu anke mal-vetturi Griegi, biex wieħed ikun jista’ jaħdem minn fuq waħda għall-oħra, mingħajr ma jkollna għalfejn inwaqqfu l-operazzjonijiet u b’hekk l-operazzjoni timxi għall-aħjar, għax it-tip ta’ inċident peress li hu seasonal jiġi fis-sajf, nafu meta ġej, u l-Gvern Grieg qed jitlob l-għajnuna minn qabel.”
Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà, Byron Camilleri, innota kif, wara sensiela ta’ investimenti fil-Protezzjoni Ċivili fl-aħħar snin, dan id-Dipartiment jista’ jassisti barra minn Malta.
Fil-fatt irrimarka kif kien matul is-sena li għaddiet li dawn l-uffiċjali bdew jassistu f’operazzjonijiet barra l-pajjiż.
BYRON CAMILLERI
MINISTRU
“Operazzjonijiet internazzjonali bħal dawn għandhom żewġ għanijiet partikolari - qabel xejn inkunu solidali ma’ popli oħrajn, speċjalment dawk fil-Mediterran, li jafu li Malta qegħda magħhom fl-aktar żmien diffiċli u ta’ bżonn. Hekk għamilna fit-Turkija, fil-Libja u fil-Greċja, però wkoll tagħti esperjenza li f’Malta ma tantx ikollhom dawn il-ħaddiema, li jmorru fuq operazzjonijiet delikati bħal dawn u li jekk għada pitgħada, allaħares qatt, ikollna każi simili f’pajjiżna, ħa jkunu ħaddiema aktar ippreparati, li mhux biss kellhom it-taħriġ, iżda kellhom esperjenzi fil-fatt, li allura jistgħu jagħtu l-aqwa servizz possibbli lill-poplu Malti u Għawdxi.”
Iż-żewġ kelliema taw is-serħan il-moħħ li, minkejja li se jkun hemm riżorsi Maltin barra l-pajjiż, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili se jkollu r-riżorsi kollha lokalment biex jekk jinqala’ xi ħaġa, dejjem ikun lest biex jassisti.

Опубликовано:

 

10 июл 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
When A Gang Leader Confronted Muhammad Ali
11:43
Просмотров 4,5 млн
IL-BAĠIT 2025 SE JKUN AĦJAR MILL-ATTWALI
3:27
ЭТОТ ПЕНЁК ИЗ PLANTS VS ZOMBIES - ИМБА!
00:48
Level 1 to 100 Impossible Puzzles
17:25
Просмотров 3,5 млн
Joe Demicoli & Axl
3:24
Просмотров 367 тыс.
KONFOFFA BIEX IĦARBTU PROĊESS KOMPETITTIV
2:44
Просмотров 1 тыс.
Mapping the Trump Shooting
6:12
Просмотров 14 млн