Тёмный

WIRJA TA’ PRESEPJI BI STIL UNIKU TAĦT SAQAF WIEĦED 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 339
50% 1

ONE.COM.MT • One News żar wirja ta’ presepji li qed tittella fil-Palazz tal-President il-Belt Valletta.
KITBA: ANTON FALZON
FILMAT: CHRIS BORG
Minkejja li għaddiet il-festa tal-Milied, bħalissa tinsab miftuħa għall-pubbliku, wirja li saret f’għeluq it-800 sena mill-ewwel presepju minn San Franġisk fl-1223 fi Greccio.
Din il-wirja tinsab fil-Palazz tal-Granmastru fil-Belt Valletta.
Din il-wirja tikkonsisti f’65 presepju u 29 dijorami li jinkludu wkoll presepji miftuħa aperti kemm magħmulin minn artisti Maltin kif ukoll minn presepisti rinomati taljani.
Il-qliegħ minn din il-wirja jmur għall-Malta Community Chest Fund u hija mtella’ mill-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Għawdex-Malta 1985 b'kollaborazzjoni ma’ Heritage Malta taħt il-Patronċinju tal-President ta’ Malta.
Fil-wirja nsibu għadd ta’dijorami bil-pasturi popolari f’ambjent fejn jgħix il-presepista, fil-muntanji fost oħrajn fejn jirrapreżentaw it-twelid tal-Messija.
F’dan il-presepju partikolari jidhru it-tliet Slaten maġi b’pasturi maħduma fl-injam imlibbsa fi ħwejjeġ tad-drapp. Huwa magħmul mis-sufra u l-ġablo.
Presepju ieħor jirrapreżenta s-Sagra Familja f’ ambjent taljan in-naħat ta’ Padova u dan juri xena Bibblika tar-Ritorn tas-Sagra Familja f’Nazaret. Tidher ix-xmara Nil, ambjentat fl-Eġittu u fil-bogħod tidher ukoll il-Belt ta’ Nazaret.
F’din il-wirja naraw presepju ieħor imdaqqas li jirrapreżenta l-ħajja fi Greccio fejn jidher San Franġisk qed jerfa’ lil Ġesu Tarbija fil-grotta.
Presepju ieħor Malti juri is-Siġra Nazzjonali Maltija, imsejħa bħala tal-Għargħar fejn tolqot l-għajn, l-għajn tal-ilma u l-affresk li juri l-Anġlu bit-tħabbira lir-rgħajja.
Ta’ attrazzjoni f’din il-wirja huma dawn iż-żewġ statwetti tal-Madonna u San Ġużepp li jmorru lura lejn is-seklu 17.
Tkellimna ma’ David Debono, li l-arti tal-presepju hija l-mimmi ta’ għajnejh.
DAVID DEBONO
MEMBRU
“Hawhekk insibu 65 presepju, b’29 minnhom huma ta’ presepisti barranin, taljani rinomati u l-kumplament ta’ din il-wirja huma presepisti Maltin. Flimkien ma’ din il-wirja għandna wirja oħra fil-Parlament bi 30 presepju esebit b’10 minnhom dijorami, magħha insibu 50 presepju fil-kunvent ta’ Santu Wistin ir-Rabat Għawdex.”
Din il-wirja se tibqa miftuħa sal-21 ta’ Jannar u wieħed jista’ jidħol għaliha minn Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.

Опубликовано:

 

22 окт 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
WIRJA MOSTIJA GĦAT-800 SENA TAL-PRESEPJU
2:56
MALTEMPATA TĦALLI ĦERBA MATUL IL-LEJL
3:04
Просмотров 3,9 тыс.
Меня знают уже все соседи😅
00:34
X'Sar Minnhom - L-iskola Sir Temi Zammit
12:30
Просмотров 10 тыс.
WIRJA TAL-MILIED... FROTT IL-VOLONTARJAT
3:23
St.paul's bay of yesteryear
8:38
Просмотров 991
IR-RABAT JIŻŻEJJEN BIL-KWIET F’JUM SAN ĠUŻEPP
2:48
“IRRIDU LI L-ĠUSTIZZJA SSIR ILLUM”
3:04
Меня знают уже все соседи😅
00:34