Тёмный

“PARASSITI DJABOLIĊI” TAL-ESTABLISHMENT 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 955
50% 1

ONE.COM.MT • Il-ġurnalist veteran Saviour Balzan kiteb dwar it-tip ta’ rikatt li ġie ffaċċjat bih mill-eks Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti tal-Ktieb, Mark Camilleri, b’rabta mal-pubblikazzjoni taċ-chats privati ta’ Yorgen Fenech, li wkoll għadu kemm ġie kkundannat dwarhom.
F’artiklu fil-MaltaToday, Balzan jisħaq li wara l-attakk li qed isir fuqu hemm Jason Azzopardi tal-establishment u ddeskriva lit-tnejn bħala “parassiti” motivati mill-flus u mill-interessi malinni.
KITBA: EMAN PORTELLI
FILMATI: ARKIVJI
F’artiklu estensiv mifrux fuq żewġ faċċati tal-gazzetta MaltaToday, li jmexxi hu stess, il-ġurnalist b’35 sena esperjenza, Saviour Balzan, jiddeskrivi lill-blogger Mark Camilleri u lill-eks Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi bħala persuni djaboliċi bl-ebda intenzjonijiet tajbin f’dak li jiktbu u jgħidu.
Balzan jieħu l-ispunt mill-pubblikazzjoni illegali taċ-chats personali ta’ Yorgen Fenech, l-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, u speċifikament għal partijiet fejn jissemma hu stess u jsemmi l-involviment ta’ dawn it-tnejn qrib jew parti mill-establishment Nazzjonalista.
Id-Direttur Maniġerjali tal-MediaToday jisħaq li ċ-chats, li nħarġu minn dokumenti ssiġillati tal-Qorti u li tferrxu fil-pubbliku mill-istess Camilleri, bl-appoġġ ta’ Azzopardi, intużaw u qed jintużaw biex jirrikattawh.
Balzan żvela korrispondenza elettronika mibgħuta lilu mill-istess Camilleri qabel il-pubblikazzjoni taċ-chats fejn għamel talba għal self ta’ €100,000 mingħajr imgħax, li kellu jitpatta b’artikli regolari li, skont il-pompożità tal-blogger, kellhom iżidu l-bejgħ tal-MediaToday b’mod konsiderevoli.
Fl-imejl tiegħu lil Balzan, Camilleri kiteb li jrid ftehim simili għal dak li Daphne Caruana Galizia kellha mal-Malta Independent.
Minkejja dan, Balzan qal li, meta ma waqax għal dan ir-rikatt, beda minnufih l-attakk fuqu u fuq il-midja tiegħu mill-eks Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti tal-Ktieb. Attakk, jgħid Balzan, li wara Camilleri hemm Jason Azzopardi li jiddeskrivih bħala l-‘culprit’, il-moħħ ta’ kollox.
Dan flimkien ma’ messaġġi personali wkoll ta’ intimidazzjoni dwar dak li għandu jikteb u x’ma jiktibx minn persuni li Balzan ma identifikax.
Jisħaq li l-eks Deputat Nazzjonalista kapaċi jasal għal kollox bil-ħażen tiegħu u mhux biss kontra l-għedewwa tiegħu, imma anke kontra dawk li kien jgħix magħhom.
Hawn isemmi lill-eks mara ta’ Azzopardi li mhux biss sofriet mill-adulterju ta’ żewġha, bl-iskuża biex imur fuq il-qabar ta’ Kristu f’Iżrael, iżda wkoll għax għadu jċaħħadha minn dħul diċenti. Dan anke jekk, skont Balzan, akkumula s-somma ta’ tmin mitt elf ewro fil-kont bankarju, li hemm dubji serji minn fejn ġabhom.
Balzan jisħaq li, bħala prim faċċol, Jason Azzopardi għadu jieħu ħlasijiet mingħand negozjanti kbar, bħalma kien Yorgen Fenech, waqt li mill-familja tal-istess Fenech kien regolarment jittallab għal affarijiet b’xejn mit-Tumas Group, inkluża l-akkomodazzjoni għall-avventura ekstra-konjugali tiegħu f’Iżrael stess.
Balzan jisħaq ukoll li hemm ħafna aktar affarijiet li jista’ jikteb dwar l-eks Deputat li mexxa l-‘Blue Heroes’ u dan hu biss il-bidu, għax mhu se jħalli lill-ebda Mark Camilleri jew Jason Azzopardi jkissru lilu jew lill-għeżież tiegħu.
Hu jtenni li persuni f’partiti politiċi jew fin-negozju m’għandhomx jiftħu bibien lil Camilleri u Azzopardi. Anzi jekk hemm min diġà għandu xi tip ta’ konnessjoni magħhom, għandu minnufih jibda jagħlqilhom il-bibien, għax, fi kliemu, dawn huma biss “parassiti” motivati biss mill-flus u l-interessi malinni.
There is so much more about Jason Azzopardi that I can write about. I have only just started. Decent people in the political parties and those in business should start shutting the door to parasites like him. They are not really interested in the cause but only motivated by money and malevolence.
Fl-aħħar jiem, Mark Camilleri ġie kkundannat mill-Kummissararju għall-Protezzjoni tad-Dejta, Ian Deguara, proprju dwar il-pubblikazzjoni taċ-chats privati ta’ Yorgen Fenech u ordnalu biex, fi żmien tlett ijiem, ineħħihom mid-dominju pubbliku, inkella se jkun qed jiġi mmultat kif jixraq sakemm dan iseħħ.
Camilleri, li xorta għandu 20 jum ċans biex iressaq appell mid-deċiżjoni, diġà qal pubblikament li jiġi jitmejjel mill-awtorità tal-Kummissarju u li m’għandu l-ebda intenzjoni li jneħħi l-istess chats mill-blog tiegħu.

Опубликовано:

 

20 янв 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
ORDNAT IĦASSAR CHATS LI HU PPUBBLIKA
2:23
Просмотров 1,6 тыс.
Diocese of Gozo Live Streaming
Просмотров 54
Hitler in Colour (4K WW2 Documentary)
1:10:44
Просмотров 9 млн
Beating Russia is Our Only Choice | Gen. Ben Hodges
10:42