Тёмный

2.9% INQAS KUNTRATTI TA’ BEJGĦ TA’ PROPRJETÀ 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 195
50% 1

ONE.COM.MT • Se nsegwu issa d-dettalji b’rabta mal-aħħar statistika mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, dwar il-bejgħ ta’ proprjetajiet meta mqabbel ma’ Ġunju tas-sena li għaddiet u kif ukoll in-numru ta’ konvenji rreġistrati.
KITBA: SAMUEL LUCAS
FILMAT: ARKIVJI
FʼĠunju, l-għadd taʼ kuntratti taʼ bejgħ taʼ proprjetajiet residenzjali kien jammonta għal 966, li juri tnaqqis taʼ 2.9 fil-mija meta mqabbel maʼ dawk irreġistrati fʼĠunju tas-sena l-oħra.
Dan ħareġ minn ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, it-Tlieta filgħodu hekk kif ġie spjegat li, bʼkollox, il-valur taʼ dawn il-kuntratti laħħaq il-€243.9 miljun.
Dan ifisser tnaqqis taʼ 4.9 fil-mija meta mqabbel mal-valur irreġistrat fl-istess perjodu sena ilu.
Fil-fatt, ġie spjegat li, fl-istess xahar, 876 jew 90.7 fil-mija tal-kuntratti ġew iffirmati bejn individwi, filwaqt li kważi l-bqija tal-kuntratti l-oħrajn saru minn kumpaniji.
Il-valur tal-kuntratti, li jinvolvu individwi, kien jammonta għal €201.7 miljun, li hu ekwivalenti għal 82.7 fil-mija tal-valur kollu.
L-akbar ammonti taʼ kuntratti taʼ bejgħ ġew irreġistrati fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port u fid-Distrett tat-Tramuntana, bʼtotal taʼ 274 u 212-il kuntratt, rispettivament.
Min-naħa l-oħra, l-inqas numri taʼ kuntratti kienu nnotati fid-Distrett tal-Punent u fid-Distrett taʼ Għawdex u Kemmuna, bʼ96 u bʼ114-il kuntratt rispettivament.
Il-lokalitajiet bl-akbar ammonti taʼ kuntratti taʼ bejgħ kienu San Pawl Il-Baħar bi 73, il-Mosta b’57 u l-Mellieħa bi 38.
L-għadd taʼ proprjetajiet irreġistrati fil-kuntratti taʼ bejgħ kien ilaħħaq għal 1,054, b’419 jikkonsistu f’appartamenti u 243 f’garaxxijiet.
B’hekk, fit-tieni kwart tal-2024, bejn April u Ġunju, ġew irreġistrati 3,185 kuntratt taʼ bejgħ, l-ekwivalenti għal żieda taʼ 5.9 fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.
Il-valur taʼ dawn il-kuntratti wkoll kiber bi 8.9 fil-mija biex ammonta għal €854.5 miljun.
Sadanittant, b’rabta ma’ konvenji, l-NSO nnota li, f’Ġunju tal-2024, kienu rreġistrati 1,080 konvenju taʼ proprjetajiet residenzjali, li huma riflessi fi tnaqqis taʼ 5.0 fil-mija fuq is-sena taʼ qabel.
L-individwi li kienu involuti fʼdawn il-konvenji kienu jgħoddu għal 987 jew 91.4 fil-mija, filwaqt li l-bqija kienu jinvolvu kumpaniji.
L-akbar għadd taʼ konvenji taʼ proprjetajiet residenzjali kien irreġistrat fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port bi 336 konvenju; segwit mid-Distrett tat-Tramuntana bʼ217-il konvenju.
Min-naħa l-oħra, l-inqas ammonti taʼ konvenji dehru fid-Distrett taʼ Għawdex u Kemmuna, u fid-Distrett tal-Punent, bʼ104 u bʼ107 konvenji, rispettivament.
L-akbar għadd taʼ konvenji kien irreġistrat fil-lokalitajiet ta’ San Pawl Il-Baħar b’104, Birkirkara b’66 u Tas-Sliema b’59.
B’hekk, fit-tieni kwart tal-2024, l-għadd taʼ konvenji laħaq it-3,493 konvenju, li jirrappreżenta tnaqqis marġinali meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena li għaddiet.

Опубликовано:

 

8 июл 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
CrowdStrike: How an IT outage caused worldwide havoc
7:48
Spain update - Stay Away from the Tourists!
12:27
Просмотров 10 тыс.