Тёмный

LIĠI ĠDIDA B’PIENI AKTAR B’SAĦĦITHOM 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 658
50% 1

ONE.COM.MT • “Huwa dover sagrosant fuq kull wieħed u waħda minnha li nagħtu l-protezzjoni kollha meħtieġa lil kull persuna li qed tipparteċipa fis-suq tax-xogħol tagħna, hi min hi u ġejja minn fejn ġejja.”
Qal dan il-Prim Ministru Robert Abela waqt it-Tieni Qari b’rabta mal-Liġi l-ġdida dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.
Fil-fatt, il-Prim Ministru beda d-diskors tiegħu billi elenka inċidenti serji u fatali li seħħew f’pajjiżna u b’hekk il-bżonn ta’ dan il-qafas leġiżlattiv ġdid u rivoluzzjonarju biex kemm jista’ jkun jonqsu dawn it-tip ta’ inċidenti.
Hawn il-Prim Ministru tenna kif dan il-qafas leġiżlattiv se joħloq sistema sigura ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
ROBERT ABELA
IL-PRIM MINISTRU
“Dan il-qafas, din il-liġi ġdida li qegħdin nagħmlu hawnhekk hija, kollha direzzjonata, biex dak is-sogri li huma previdibbli, hi x’inhi l-attività kummerċjali li tkun qed issir, tnaqqashom kemm jista’ jkun.”
Il-Prim Ministru tenna wkoll l-importanza ta’ kwalità u standards li, permezz ta’ din il-liġi se jkomplu dejjem telgħin ’il fuq. Spjega kif dan se jġib ċertu sagrifiċċji, madankollu bil-għan aħħari tkun is-saħħa tal-ħaddiema f’pajjiżna.
Dr Abela spjega wkoll kif jikkumplimenta dan il-qasam hemm ġurisprudenza qawwija ta’ sentenzi deċiżi mill-Qrati Maltin li kienu sors ewlieni biex jiġi abbozzat dan l-att.
Dr Abela tenna kif l-isfida ta’ aktar inċidenti fuq il-post tax-xogħol waslet ukoll f’kuntest ta’ ekonomija li kibret b’postijiet aktar ta’ xogħol jibqgħu jespandu u joffru opportunitajiet ġodda.
ROBERT ABELA
IL-PRIM MINISTRU
“Din hija liġi li filwaqt li tiġbor ġo fiha it-tajjeb li kellha il-liġi preċedenti, issaħħaħ bil-ferm anke nuqqasijiet li kellha il-liġi l-oħra, u taġġusta wkoll għar-realtajiet tal-lum.”
Fir-rigward tal-elementi li tinvolvi din il-liġi, il-Prim Ministru spjega li l-OHSA se tkun qed tingħata aktar saħħa biex iżżomm l-ogħla standards u governanza tajba. Dan apparti iktar effettività ta’ inforzar permezz ta’ aktar tisħiħ ta’ riżorsa umana b’żieda fil-ħaddiema b’aktar mid-doppju sa ftit xhur oħra.
Spjega wkoll kif se jkun qed jinħoloq ukoll Tribunal b’ġurisdizzjoni f’dan il-qasam bil-ħsieb li jkun hemm sistema ġusta u li ma tħares lejn wiċċ ħadd.
Intant, il-Prim Ministru spjega wkoll kif il-multi u l-pieni b’rabta ma’ ksur ta’ regoli se jkunu qed jissaħħu.
ROBERT ABELA
IL-PRIM MINISTRU
“L-ewwel nuqqas se jkun ta’ minimu ta’ elf u ħames mitt ewro bħala multa, u massimu sa ħamsin elf ewro multa. F’każijiet serji, għandek ukoll sa massimu ta’ sentejn priġunerija. Jekk dak li jkun, jerġa’ jonqos it-tieni darba, jerġa’ jitressaq il-Qorti u jinstab ħati, il-minimu tal-multa, allura jitla’ ‘l fuq u l-piena ta’ priġunerija, minn massimu ta’ sentejn, tiġi minn minimu ta’ sena, sa massimu ta’ erba’ snin.”
Fir-rigward tal-multa amministrattiva, il-Prim Ministru spjega kif qabel kienet tinċentiva l-abbuż, minflok isservi ta’ deterrent, u għalhekk issa din se tkun li tista’ titla’ sa €20,000.
Il-Prim Ministru ma waqafx hawn hekk kif rrimarka numru ta’ bidliet, fosthom it-twessigħ fil-ġurisdizzjoni tal-Kummissarju responsabbli mill-Ambjent u l-Ippjanar biex tinkludi wkoll is-settur tal-kostruzzjoni. Dan apparti xogħol favur helpline ta’ għajnuna marbuta ma’ inforzar u li hu disponibbli 24 siegħa kuljum.
ROBERT ABELA
IL-PRIM MINISTRU
“Pass li tajna kelma ċara li se naslu għalih u hekk qegħdin nagħmlu. Din hija riforma minn sensiela - żgur mhux se tkun tal-aħħar, imma hija riforma importanti ferm sabiex nuru li qalbna tħabbat mal-ħaddiem.”

Опубликовано:

 

7 июл 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@dorisfava4733
@dorisfava4733 14 дней назад
Proset. Onr ,ghandna pronna ,insalvaw il- hajjiet. grazzi ,inselimlek. ,🌹🌹🌹🌹🌹
Далее
“QALB TAJBA” - ĦBIEB DWAR MIRABELLE FALZON
1:39
Просмотров 3,1 тыс.
FR COLIN APAP F’50 SENA SAĊERDOZJU
4:44
80 Year Olds Share Advice for Younger Self
12:22
Просмотров 1,3 млн
Biden Drops Out: What Happens Now?
9:57
Просмотров 89 тыс.