Тёмный

ARRESTAT ŻAGĦŻUGĦ B’RABTA MAL-HIT AND RUN FIŻ-ŻEJTUN 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 3,6 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT •
F’inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa minn mindu, fiż-Żejtun, instab bla ħajja Antoine Degabriele, ġie arrestat żgħażugħ b’rabta mal-każ.
F’aktar żviluppi, dan l-istazzjon kiseb informazzjoni li l-karozza nstabet f’garaxx fil-limiti tax-Xgħajra ta’ Ħaż-Żabbar bil-windscreen maqlugħ.
ARRESTAT ŻAGĦŻUGĦ B’RABTA MAL-HIT AND RUN FIŻ-ŻEJTUN
Ħidma tal-Pulizija wasslet biex, f’anqas minn erbgħa u għoxrin siegħa, instab is-sewwieq li kien involut f’hit and run fiż-Żejtun, li ħalliet lil Antoine Degabriele, ta’ wieħed u ħamsin sena, mejjet.
Is-sewwieq huwa żgħażugħ ta’ wieħed u għoxrin sena residenti Birżebbuġa, u ġie arrestat aktar kmieni is-Sibt wara li l-karozza nstabet f’Ħaż-Żabbar.
Sorsi li tkellmu ma’ dan l-istazzjon qalu li l-vettura tal-arrestat nstabet għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu f’garaxx fil-limiti tax-Xgħajra bil-windscreen diġà maqlugħ. Tellar qiegħed jassisti fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija.
Huwa qed jinżamm arrestat, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija minn diversi skwadri għadhom għaddejjin. Bħalissa għaddejja wkoll inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Marsanne Farrugia.
B’rabta ma’ dan l-iżvilupp il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri, f’kitba fuq Facebook stqarr li dan juri l-impenn tal-Pulizija f’każijiet bħal dawn filwaqt li rringrazzjahom ta’ ħidmiethom. PIC FB BYRON

Опубликовано:

 

5 авг 2022

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 2   
@clivepsaila9992
@clivepsaila9992 Год назад
RIP Antoine.
@clivepsaila9992
@clivepsaila9992 Год назад
Kienx dragjat dak id demel. Forsi kieku rraporta mil ewwel ma kienx imut dak il povru ragel. Nispera jiehu li haqqu hmieg dak il kwalita. Proset ukoll lil min hadem biex jinqabad dak iz ziblu.
Далее
Телеграмм-Колян Карелия #юмор
00:10
Family Guy Roasting Different Countries
17:29
Просмотров 13 млн
IL-ĦUTA NAZZJONALI LURA FIL-MAGĦLUQ
2:28
Просмотров 2,5 тыс.
KONTRA ŻONA GĦALL-MUDELLI TAL-AJRUPLANI
1:52
X'Sar Minnhom - l-Iskola Abram Gatt
12:06
Просмотров 2,5 тыс.
Телеграмм-Колян Карелия #юмор
00:10