Тёмный

JIFTAKRU LI FL-GĦAJN TAL-ĦASSELIN KIENU JGĦUMU N-NIES 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 2,4 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • L-Għajn tal-Ħasselin tal-Imsida hija waħda mill-għaxar monumenti storiċi li se jgawdu mill-iskema ta’ restawr mid-Direttorat tar-Restawr.
L-Għajn tal-Ħasselin tal-Imsida hija waħda ikonika li fuqha tkellimna ma’ min jiftakarha fl-imgħoddi.
Irrakuntawlna li mhux biss kienet taqdi l-ħtiġijiet fid-dar bħal ħasil tal-ħwejjeġ iżda saħansitra kienu jmorru n-nies jitbaħbħu u jċafċfu, sajf u xitwa.
KITBA: FRANCESCO BORG
FILMAT: BJORN BONELLO / ARKIVJI
Dari kienu jmorru jaħslu l-ħwejjeġ, jgħidu fuq Ġwanni u Martin u anki saħansitra jgħumu.
Qed nitkellmu fuq l-Għajn tal-Ħasselin tal-Imsida li issa se jibqa’ bħala monument ħaj tal-ħajja tal-Maltin tal-imgħoddi permezz ta’ restawr.
Alfred D’Emanuele, li jiftakar l-Għajn tal-Ħasselin mimlija ħajja.
ALFRED D’EMANUELE
JIFTAKAR L-GĦAJN TAL-ĦASSELIN FL-ANTIK
“Hawn surmastru. Anke l-mullet ġieli daħal. Naturalment aħna, bħala tfal konna qed naqbdu ħafna sellul, minn kien kapaċi jistad bih. Jew bil-ħama ntellgħu b'idejna. Dik kienet il-proċessjoni ta’ dak iż-żmien. Imma l-iktar li niftakar, ġewwa hija blat sabiħ u nadif, u kulħadd jgħum ġewwa.”
Liliana Risiott Copperstone, oħra li tiftakar l-Għajn tal-Ħasselin fl-antik, tkellmet kif peress li din l-għajn kienet imsaqfa, in-nies setgħu jgawduha sajf u xitwa.
LILIANA RISIOTT COPPERSTONE
TIFTAKAR L-GĦAJN TAL-ĦASSELIN FL-ANTIK
“Tara l-midja soċjali, fejn tara Misidjani jitkellmu b’nostalġija dwar dak li ħallew lil peress li kien emigraw fis-snin bikrin, lejn Kanada u postijiet bħal dawn, l-istess ħaġa kollha li jsemmu, l-Għajn tal-Ħasselin u t-tfal jistadu.”
L-Għajn tal-Ħasselin hija waħda mill-għaxar monumenti storiċi li se jgawdu mill-iskema ta’ restawr tad-Direttorat tar-Restawr.
Is-Sindku tal-Imsida, Margaret Baldacchino Cefai spjegat li l-Misidjani kienu ilhom jistennew bil-ħerqa dan ir-restawr.
MARGARET BALDACCHINO CEFAI
SINDKU TAL-IMSIDA
“Kien ta’ sodisfazzjon għalina li fl-aħħar l-għajn ġiet magħzula biex tiġi irrestawarta. L-għajn tal-Ħaselin hija sinonima mal-Msida u hija landmark għall-Msida, u bażikament l-għajn magħha ġġorr ħafna memorji għall-Misidjani.”

Опубликовано:

 

22 сен 2021

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
IL-FORTI MANOEL FL-AĦJAR STAT TIEGĦU
2:45
Просмотров 1,4 тыс.
Incredible magic 🤯✨
00:53
Просмотров 10 млн
ĦABRIEKI, KIEN DEJJEM HEMM GĦAL TA’ MADWARU
4:04
Lejl ta' ħidma fiċ-Ċirkewwa.
2:39
Просмотров 5 тыс.
The People Of Malta
4:57
Просмотров 269 тыс.
IS-SUQ TAL-BELT KIF QATT MA RAJTU.
2:46
Просмотров 5 тыс.
John Dalli jgħid li se jirrispondi fil-Qorti
1:39
Просмотров 2,5 тыс.
Incredible magic 🤯✨
00:53
Просмотров 10 млн