Тёмный

BOSTA JIDDEĊIEDU LI JAQSMU LEJN IL-GŻIRA TA’ KEMMUNA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 4,1 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • F’xemx taqli l-ankri dan l-istazzjon qabad il-lanċa u żar il-gżira ta’ Kemmuna.
Hawnhekk stajna ninnutaw kif din il-gżira regġħet ħadet ir-ruħ bil-preżenza ta’ bosta persuni li ddeċidew li jqattgħu ġurnata baħar.
Tkellimna ma bosta’ turisti li lkoll kellhom kliem ta’ tifħir fuq Malta u l-Maltin.
KITBA: STEFAN BAJADA
FILMAT: CHRIST BORG
It-temperaturi għoljin li qed jesperjenzaw il-gżejjer Maltin f’dawn il-jiem, ma qatgħux qalb bosta sabiex jilbsu l-malji u jaqsmu lejn il-gżira pittoreska u ċkejkna ta’ Kemmuna.
Sa ftit ilu, fix-xhur xitwin u ta’ pandemija, din il-gżira kienet iddominata minn skiet taqtgħu b’sikkina. Tisma’ biss it-tħaxwix tal-gremxul qalb il-ħaxix selvaġġ u l-ħoss tal-istanjata tal-kafe ġejja mill-kmajra ċkejkna ta’ Salvu ta’ Kemmuna.
“Jiem wara li tajna merħba lill-istaġun sħun tas-sajf, ninsabu hawnhekk fil-gżira ta’ bejn il-gżejjer, dik ta’ Kemmuna fejn evidentament hawn bosta Maltin, Għawdxin u anke turisti li ddeċidew li jaqbdu l-lanċa ta’ Kemmuna sabiex iqattgħu ġurnata jilagħqu x-xemx u jlegilgu xi ħaġa friska fuq din il-gżira li bħalissa hawn jgħixu fuqha biss żewġ persuni, Salvu u Veggie.”
Apparti l-għawm, ħafna jagħżlu li jkunu aktar avventurużi u jaqbdu t-triq biex jesploraw lil din il-gżira, fejn wieħed jista’ jitpaxxa wkoll bit-Torri ta’ Santa Marija, il-Kappella, l-iskola, il-Bajja ta’ San Niklaw u dik ta’ Santa Marija; bix-xeni sbieħ li joffri l-pajsaġġ ta’ Kemmuna.
Ħdejn il-bajja ċara kristall, meqjusa bħala waħda mill-aktar destinazzjonijiet turistiċi popolari f’pajjiżna, dik ta’ Bejn il-Kmiemen jew kif inhi magħrufa aħjar bħala Blue Lagoon, bosta turisti ddeskrivew lil Malta bħala pajjiż mill-isbaħ, u lill-Maltin u l-Għawdxin nies mill-aħjar.
“It’s beautiful here everyone is so friendly and it’s so nice, the ocean is so blue... I am from France and it is really nice, I’m here for two months internship and during the weekend I can visit places like this... Illum il-birthday tiegħi u l-mara is treating me well u qed nieħdu gost ħafna... Malta is beautiful I’ve had a fantastic trip here, Gozo was the highlight in particular and beautiful place.”
F’Kemmuna ltqajna ma’ Victor Refalo, Għawdxi li ilu għal dawn l-aħħar ħamsin sena jarma l-gabbana biex ibigħ frott frisk jew xi ftira Maltija li tinżel għasel waqt ġurnata baħar.
Ma’ ONE News tkellem dwar l-andament ta’ Kemmuna bħalissa, u rreffera għall-proġett li sar mill-Ministeru għal Għawdex biex itejjeb l-aċċessibilità.
VICTOR REFALO
BEJJIEGĦ
“Issa qisna qbadna t-triq u mexjin, m’aħniex 100% imma jiena naħseb ġa tlajna 75%. Il-proġett f’Kemmuna ġie tal-ġenn u nirringrazzja lil-Gvern għax dan veru qdiena.”
Intant, fi triqtna lura f’nofs ta’ baħar stajna ninnutaw wkoll l-irdum mill-isbaħ tal-franka u l-għerien storiċi li jdawwar il-kosta tal-gżira ta’ Kemmuna.

Опубликовано:

 

28 июн 2021

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
The People Of Malta
4:57
Просмотров 269 тыс.
No one will play with him( #standoff #meme #grenade
00:12
Ġejjin
4:56
Просмотров 3 тыс.
Malta EU - Camping July 2024
3:14
Просмотров 95
Lejl ta' ħidma fiċ-Ċirkewwa.
2:39
Просмотров 5 тыс.
IS-SUQ TAL-BELT KIF QATT MA RAJTU.
2:46
Просмотров 5 тыс.
PROTEST ĠUDIZJARJU DWAR MANOEL ISLAND.
2:45
Просмотров 2 тыс.
Jensen in de Tweede Kamer
18:34
Просмотров 101 тыс.