Тёмный

ILHA 70 SENA TAĦDEM F’ĦANUT TAX-XORB FIL-MELLIEĦA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 6 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Fis-servizz li jmiss se nsegwu intervista ma’ mara li rrakkuntat sebgħin sena esperjenzi ta’ xogħol f’ħanut tax-xorb fil-Mellieħa.
Il-ħanut imur lura għal iktar minn seklu ilu u Ġuża Zarb bdiet tferra x-xorb meta kienet għadha daqxejn ta’ tifla.
KITBA: DEBORAH CILIA
FILMAT: SHAUN CUCCIARDI
Mara taħdem f’ħanut tax-xorb li tul is-snin dejjem kien iddominat mill-klijenti rġiel.
Ġuża Zarb ilha taħdem f’ħanut tax-xorb fil-Mellieħa għal sebgħin sena.
Hija spjegatilna kif il-ħanut kien intiret minn ġenerazzjoni għall-oħra u bdiet titrawwem fil-ħanut tax-xorb mal-ġenituri tagħha biex eventwalment xtrat il-ħanut u bdiet taħdem għal rasha.
ĠUŻA ZARB
SID TA’ ĦANUT TAX-XORB
“Minn meta kelli tmien snin... magħhom kont. Imbagħad bqajt, imbagħad mituli l-ġenituri, f’salt, f’seba’ xhur u xtrajtu m’għand ħuti.”
Ġuża qaltilna wkoll li l-ħanut ilu miftuħ għal għexieren ta’ snin.
ĠUŻA ZARB
SID TA’ ĦANUT TAX-XORB
“Jien naħseb ilu miftuħ, jekk mhux qabel il-Knisja, naħseb xi 120 sena, bejn wieħed u ieħor tan-nanniet ta, għax imbagħad fil-familja tiegħi, jiġifieri t’ommi u ta’ missieri ilu sebgħin sena.”
Kif wieħed jista’ jobsor, f’ħanut tax-xorb rat episodji kkuluriti ferm.
ĠUŻA ZARB
SID TA’ ĦANUT TAX-XORB
“Darba ġie Ingliż kien fis-sakra u ġie hawn u mar il-każin, u reġa’ ġie hawn, imbagħad reġa’ mar il-każin u ġabulu l-Pulizija u kien ġabruh il-Pulizija niftakar, qisu daqs tmien snin ilu.”
Issemmi wkoll klijenti li kienu tar-ruħ u jaqilgħu u jieklu.
Darba minnhom ma rritornawx għall-qatra fil-ħanut ta’ Ġuża.
ĠUŻA ZARB
SID TA’ ĦANUT TAX-XORB
“Kienu żewġ ġuvnotti ferriħin, hekk u kienu ħarġu fuq il-baħar, kien għandi jkun fi Frar u marru għal xi ħut u ma nstabux u wara tliet ġimgħat instabu mejtin.”
Ġuża esprimiet magħna x-xewqa tagħha li tħalli l-ħanut f’idejn uliedha u t-tfal tagħhom.
ĠUŻA ZARB
SID TA’ ĦANUT TAX-XORB
“Hekk il-ħsieb tiegħi, issa kif jgħiduha, min jixtieq jieħdu, jieħdu hux. Issa ma nafx jien x’ħa jsir wara mewti.”
B’dan il-kliem, lil Ġuża ħallejnieha tkompli tipprepara l-ħanut biex ikun lest biex jilqa’ l-klijenti.

Опубликовано:

 

16 авг 2021

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
IL-MOSTIN JGĦIDU TAGĦHOM DWAR IL-PROĠETT TAL-PJAZZA
3:27
The Hardest Challenge!
00:37
Просмотров 13 млн
L-UŻU TAS-SEATBELT 62 SENA WARA
2:03
Просмотров 32
IMĦASSRA L-FESTA ESTERNA TA’ SANTU WISTIN
2:13
Просмотров 4 тыс.
ORDNATA PROTEZZJONI LIL FEARNE
2:15
Просмотров 75
QBIL DWAR L-ARMIER IŻDA JIXTIEQU IŻJED BILANĊ
2:12
Просмотров 1,7 тыс.
L-ISQOF TEUMA B’BOTTI LILL-KURJA DWAR IL-QALA
3:08
Просмотров 2,2 тыс.
French election: Shock as poll shows far-right defeat
3:35
X'Sar Minnhom - L-iskola Sir Temi Zammit
12:30
Просмотров 10 тыс.
Lejl ta' ħidma fiċ-Ċirkewwa.
2:39
Просмотров 5 тыс.