Тёмный

DELIA B’ATTAKK FUQ ID-DEPUTATI LI SFIDUĊJAWH 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 4 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • U fl-istess ħin li d-deputati li sfiduċjaw lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kienu qed jikkonfoffaw bejniethom biex jimbottaw deputat minfloku għall-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia mar fuq l-istazzjon tar-radju tal-partit fejn hemmhekk fetaħ attakk fuq id-deputati li sfiduċjawh.
Huwa qalilhom li l-Partit Nazzjonalista mhux ta’ dawk li jpoġġu madwar mejda biex jiddeċiedu għall-oħrajn u ta’ dawk li ma jridux jagħtu kas u jarmu l-għajta tan-nies.
B’mod mill-aktar surreali, il-Kap Nazzjonalista żied jgħid lill-partitarji Nazzjonalisti li se jibda jiltaqa’ magħhom kull ġimgħa għall-programm ta’ siegħa fuq ir-radju Nazzjonalista.
KITBA ONE NEWS
FILMAT ARKIVJI
Delia mar fuq l-istazzjon radjunfoniku tal-Partit Nazzjonalista fejn kompla jagħmilha ċara li mhux se jirrenżja minn kap tal-partit.
Delia ddikjara dan fl-istess ħin li grupp ta’ deputati Nazzjonalisti ltaqgħu fil-binja tal-Parlament biex fi kliemhom stess ifasslu pjan biex jaħtru persuna minn fosthom biex jinħatar Kap tal-Oppożizzjoni.
Madankollu Delia kellu kliem ċar għal din il-fazzjoni ta’ deputati li ilha tliet snin taħdem biex tqaċċtu mit-treġija tal-partit u saħaq li dawn id-deputati ma jistgħux jarmu tal-għajta tat-tesserati.
ADRIAN DELIA
KAP TAL-PN
Il-Partit Nazzjonalista m’għandux ikun biss ta’ dawk li fuq l-imwejjed jiddeċiedu huma għall-oħrajn. Li dawk fuq l-imwejjed jaħsbu għax il-ftit jafu iktar mill-ħafna allura ma jagħtux kas u jarmu l-għajta tan-nies
Fil-programm intervjenew bosta tesserati li għal darb’oħra jinsabu skossjati bil-qagħda mwiegħra li reġa’ jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista.
Fl-istess waqt ħaduha qatta’ bla ħabel kontra d-deputati li jitkellmu ħafna dwar ir-rule of law iżda mbagħad lanqas għandhom id-diċenza jirrispettaw id-demokrazija fil-Partit Nazzjoalista.
TESSERATI TAL-PN
Ibqa’ sod. dawk id-dsatax merċernarju - isma’ dawk merċenarji u mhux jirrispettaw li tellajnik hemmhekk b’mod demokratiku imbaghad noqogħdu ngħajtu bid-demokrazija.
TESSERATI TAL-PN
Ngħid lill-kap biex jibqa’ sod nafu kemm jaħdem għall-partit. Nixtieq ngħaddi messaġġ li jekk id-deputati kollha jekk veru tħobbu lill-partit u lil Malta kif jgħidu jkomplu jimxu wara l-Kap Adrian Delia biex flimkien nahdmu u nirbhu l-elezzjoni - ibqa’ sod kap.
TESSERATI TAL-PN
l-iktar importanti huwa li suppost ahna partit demokratiku u d-demokrazija fil-partit taghna ma teżisthiex għax li kieku teżisti għandhom jingħataw importanza t-tesserati li vvotaw għal Adrian Delia u jiġi rrispetatat
Partitarju ieħor Nazzjonalist qal lil Delia biex jibqa’ sod u ma jċedilhomx.
B’reazzjoni, il-Kap Nazzjonalista tenna li jrid jagħti lill-Partit Nazzjonalista lil ħafna u mhux lil dawk li sejjaħ ftit magħżula.
ADRIAN DELIA
KAP TAL-PN
Jien irrid nagħti l-Partit Nazzjonalista mhux lil ftit magħżula imma lil ħafna.
B’ton ewforiku wieġeb semmiegħa oħra li qatlu biex jitfagħhom ‘il barra mill-partit u qalilha biex jiġbru aktar tesserati.
ADRIAN DELIA
KAP TAL-PN
Ejja ha niġbru iktar tesserati halli dawn it-tesserati jkollhom lehen halli dawn it-tesserati jkunu jistghu jivvotaw halli dawn it-tesserati jkunu jistgħu jitkellmu għax jemmnu li l-vot tagħhom jghodd u mhux ta’ haddiehor biss.
Kien hawn li qaltlu li min ma jridux, għandu jitlaq ’il barra mill-partit.
TESSERATI TAL-PN
Mela daqshekk hu u min ma jridx jitlaq ’il barra għidilhom. Le aħna niftħu l-bieb biex jigu iktar - le min hu kontra tieghek jitlaq iva.
B’mod mill-aktar surreali, il-Kap Nazzjonalista temm jgħid lill-partitarji Nazzjonalisti li se jibda jmur siegħa fil-ġimgħa fuq ir-radju tal-partit iwieġeb it-telefonati.
ADRIAN DELIA
KAP TAL-PN
Meta l-ahjar hin tahseb, liema gurnata u l-ahjar hin - li trid inti imma gurnata fost il gimgha tigi fuq ir radio - hekk dan il-hin tajjeb - herqanin biex jisimghuk - mela se nweghdek dan il-hin se nibda nigi fuq ir radio - mifthemin.
Delia talab ukoll għat-talb
ADRIAN DELIA
KAP TAL-PN
Grazzi itlob għalija.
U jekk kien hemm xi dubju li l-messaġġ lid-deputati li sfiduċjawh kien għadu ma wasalx, Delia temm jgħidilhom hekk...
ADRIAN DELIA
KAP TAL-PN
Dottore never give - i never give up tibżax!

Опубликовано:

 

8 июл 2020

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
МЕГА ФОКУС С КАЛЬКУЛЯТОРОМ
00:33
It seems Sonya's choice was obvious! 😅 #cat #cats
00:20
IL-PM QALB IN-NIES FIL-BELT VALLETTA
1:35
Просмотров 458
МЕГА ФОКУС С КАЛЬКУЛЯТОРОМ
00:33