Тёмный

GRUPP TAL-BOLT JOĦORĠU FUQ STRAJK 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 413
50% 1

ONE.COM.MT • Mijiet ta’ ħaddiema mill-pjattaforma diġitali tas-servizz tal-ikel u tax-xiri, Bolt Food, ħarġu fuq strajk fi tmiem il-ġimgħa biex jipprotestaw il-prezzijiet baxxi li qalu qed jingħataw minn din il-pjattaforma għall-konsenji li jagħmlu madwar il-pajjiż.
F’dikjarazzjonijiet li għamlu, il-ħaddiema qalu li l-prezzijiet imħallsin mill-Bolt tnaqqsu fl-aħħar żmien u dan qed jaffettwaw l-għajxien tagħhom. Huma qalu li qabel kienu jitħallsu żewġ ewro għal kull konsenja li kienet issir matul il-ġimgħa u fi tmiem il-ġimgħa kienet titla’ sa erba’ ewro u nofs.
Iżda, skonthom, fl-aħħar żmien, ir-rata ġiet waħda fissa għall-ġimgħa kollha, biex spiċċaw tilfu mid-dħul tagħhom. Fl-istess ħin ingħad li, minkejja l-ilmenti li qed jagħmlu, mhux jingħataw widen mill-kumpanija Bolt Food.
Ingħad li l-istrajk affettwa s-servizz mitlub minn konsumaturi, b’ċerti ordnijiet li waslu aktar tard minn dak skedat jew ma setgħux isiru minħabba d-domanda kbira kif mistenni fi tmiem il-ġimgħa.
F’risposta għal dan, Bolt Malta qalet li, waqt li tirrispetta l-aġir li grupp żgħir ta’ ħaddiema jipprotestaw, fakkret li fl-aħħar xhur il-kumpanija żiedet l-ammont ta’ sigħat li dawn il-ħaddiema qed jaħdmu.
Huma temmew jgħidu li l-kumpanija Bolt taħdem ma’ kumpaniji oħrajn li joffru servizz tad-deliveries u huma dawn il-kumpaniji responsabbli mill-ħlas dovut lill-ħaddiema, u mhux Bolt innifisha.
Fuq Facebook, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, u x-Xogħol, Byron Camilleri, pubblikament ta l-appoġġ tiegħu lill-ħaddiema li qed isemmgħu leħinhom fuq il-kundizzjonijiet u d-drittijiet tagħhom, filwaqt li ħeġġeġ lill-ħaddiema biex jissieħbu f’unjin u biex ifittxu l-bieb tal-Ministeru ħalli tingħatalhom kull għajnuna neċessarja.
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, Andy Ellul innota li sal-lum ma kienx hemm rapporti rreġistrati mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi, id-DIER.
ANDY ELLUL
SEGRETARJU PARLAMENTARI
“Irrid ngħid li fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi ma daħal l-ebda ilment dwar dawn il-food couriers. Però, dan ma jfissirx li mhemmx abbużi. Fil-fatt aħna, bħala pajjiż, konna wieħed mill-ewwel stati membri li rregolajna l-food couriers fejn tajnihom bid-dritt paga minima u dak kollu li ħaddiem f’pajjiżna għandu dritt għalih, bħas-sick leave, bħall-bonus statutorji, bħall-ħlasijiet għall-overtime.”
Hu sostna li d-Dipartiment ilu proattiv u ma waqaf qatt jivverifika kemm ma’ min iħaddem kif ukoll mal-ħaddiema nfushom dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol.
ANDY ELLUL
SEGRETARJU PARLAMENTARI
“Minn mindu daħlet il-liġi fis-seħħ, jiġifieri fl-1 ta’ April tas-sena 2023, id-DIER kien proattiv u ltaqa’ mal-ħaddiema u kemm ma’ min iħaddem biex jivverifika li l-kundizzjonijiet tax-xogħol qed jiġu salvagwardjati”.
Is-Segretarju Parlamentari wkoll ingħaqad mal-Ministru Camilleri fl-appell biex dawn il-ħaddiema jissiebħu f’unjin ħalli jkollhom appoġġ u r-rappreżentanza meħtieġa biex id-drittijiet tagħhom ikomplu jitħarsu.

Опубликовано:

 

7 июл 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 2   
@robertazzopardi8933
@robertazzopardi8933 14 дней назад
Less traffic irregularities👍
@luowastaken
@luowastaken 14 дней назад
The problem is not Bolt...the problem is the one who employs these 3rd country nationals who end up with only 40% of what bolt pays them. They take 60% for the motorbike and work permits but keep it up to them to pay for gas. Bolt makes it clear...you're not an employee, you're a CONTRACTOR. Why are these people not working on their own? Self-employed exists, loans for a bike exist, can't make up for gas? Get an e-bike or a bike and legally convert it. We all know why they don't get self-employed...papers...tax...government regulations...illegally coming to Malta. Not to say everyone, but it begs the question doesn't it?
Далее
Funny Moments You Missed From the G7 Summit in Italy
4:34
Hamas and Fatah hold reconciliation talks in Beijing
7:01
80 Year Olds Share Advice for Younger Self
12:22
Просмотров 1,3 млн
Mapping the Trump Shooting
6:12
Просмотров 13 млн
Rolls-Royce Spectre - INSANE Luxury!
29:57
Просмотров 1,3 млн