Тёмный

IL-FORTI MANOEL FL-AĦJAR STAT TIEGĦU 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 1,5 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • U issa se nitkellmu dwar post, li fl-aħħar Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista rajna s-sbuħija tiegħu.
Dan huwa Manoel Island, li tul l-aħħar snin għadda minn restawr, fejn minn post abbandunat inbidel għal wieħed fl-aqwa stat tiegħu.
Tkellimna ma’ restawratur li spjega magħna x-xogħol li sar fuq kappella li hemm f’nofs dan il-forti f’dik li kienet magħrufa bħala l-Isola di Marsamxetto.
KITBA: EMAN PORTELLI
FILMAT: CHRIST BORG
Ix-xogħol fuq is-swar li jdawwar il-Forti Manoel se jkun lest sa din is-sena.
Dan bħala parti mill-proġett ta’ restawr li qed isir f’dan il-forti.
Fost ix-xogħol ta’ restawr li sar bħala parti minn dan il-proġett hemm il-Kappella ddedikata lil Sant’Antnin.
Din il-kappella nbniet mill-Granmastru Manoel de Vilhena, sofriet diversi ħsarat matul iż-żmien fosthom mill-bombi tat-Tieni Gwerra Dinjija f’April tal-elf disa’ mija tnejn u erbgħin (1942) u meta l-forti tħalliet fi stat t’abbandun għal żmien twil.
Tkellimna mar-restawratur Christian Bianchi li spjega l-proċess ta’ restawr.
CHRISTIAN BIANCHI
RESTAWRATUR
“Ix-xogħol tiegħi, minħabba li l-maġġoranza ta’ dan il-ġebel ta’ din il-binja huwa ġebel ġdid, kelli nħoss, inkejjel, nagħmel xi mollijiet għal din il-kappella u meta konna nagħmlu x-xogħol, meta jkun lest dan ix-xogħol konna wkoll ninnumerawh. Ir-raġuni hija biex il-bennej ikun jaf fejn titpoġġa bħala ġebla b’mod partikolari.”
Huwa spjega magħna kif nofs din il-kappella kienet imkissra u b’hekk dan il-ġebel li nstab tpoġġa u ngħaqad ma’ ġebel ġdid.
SOT 2 CHRISTIAN BIANCHI
RESTAWRATUR
“Dan il-ġebel, ovvjament ix-xogħol tagħna bħala restawratur huwa li nagħmlu minn kollox biex nibżgħu għal dak il-ġebel l-antik. Allura li għamilna, konna għamilnih fil-pjazza, kont innumerajthom kull ġebla u imbagħad jiena flimkien mal-periti konna bdejna nitkellmu biex naraw x’inhu l-post oriġinali tagħhom u filfatt hekk għamilna. Għamilna minn kollox biex dawn jerġgħu jmorru fil-post tagħhom oriġinali.” (22 secs)
Il-Perit responsabbli mill-proġett Ivan Piccinino qal magħna kif dan ir-restawr flimkien ma’ oħrajn li qed isir huwa parti mill-masterplan li ppreżenta l-konsorzju MIDI li ġew ippreżentati quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.
IVAN PICCININO
PERIT
“Però dan mhuwiex l-unika restawr illi qed isir fuq Manoel Island. Għandek binjiet oħra li ġew irrestawrati u qed jiġu rrestawrati, bħal per eżempju l-Kappella ta’ San Ġorġ jew inkella kif nafuha aħjar il-Kappella taċ-Ċimiterji, għandek ukoll restawr fuq il-binja tal-Lazzarett illi kienet tintuża għal kwarantina fi żminijiet antiki u hemmhekk ukoll qed isir restawr fuq dik li tisejjaħ bħala cattle shed, li hija l-kwarantina tal-annimali.”
Hawnhekk, ir-restawratur qal magħna kif ix-xogħol ta’ restawr huwa wieħed ta’ sodisfazzjon, fejn spjega magħna kif hemm l-aspett ta’ tim sabiex isalvaw il-patrimonju ta’ pajjiżna.
Fost xogħol li wettaq dan ir-restawratur hemm l-akwadott li reġa’ nbena mill-ġdid fir-roundabout ta’ Fleur-de-Lys u l-bieb prinċipali ta’ Sant Anġlu.
Xogħlijiet li ta’ kuljum ngħaddu minn ħdejhom, imma fihom sinifikat storiku.

Опубликовано:

 

6 авг 2021

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@lawrencegatt4515
@lawrencegatt4515 2 года назад
We need to look 👀 after these people. 💚💛
Далее
France's Election Results Explained
8:06
Просмотров 1,7 млн
IS-SUQ TAL-BELT KIF QATT MA RAJTU.
2:46
Просмотров 5 тыс.
It-traġedja tal-vapur Um El Faroud.
2:35
Просмотров 16 тыс.
Lejl ta' ħidma fiċ-Ċirkewwa.
2:39
Просмотров 5 тыс.