Тёмный

IMPENN BIEX JIDDEFENDI SPAZJU PUBBLIKU FIL-GŻIRA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 688
50% 1

ONE.COM.MT • Il-Kunsill Lokali tal-Gżira jinsab impenjat li jiġġieled bis-sħiħ kontra l-proposta tal-proġett ta’ pompa tal-petrol li se tnaqqar xejn inqas minn disa’ mija u tletin metru kwadru minn Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa fil-Gzira.
Fl-aħħar ġimgħat, il-Kunsill nieda petizzjoni li s’issa ffirmaw għaliha ftit aktar minn elfejn u ħames mitt persuna, li qed jitolbu biex jiġi ssalvagwardjat dan il-Ġnien fil-Gżira.
KITBA SEPHORA CUTAJAR
FILMATI SHAUN CUCCIARDI
Il-Kunsill Lokali tal-Gżira għaddej b’ħidma sħiħa kontra l-proposta għall-bini ta’ pompa tal-petrol fi Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa fil-Gzira li se tnaqqar xejn inqas minn disa’ mija u tletin metru kwadru ta’art.
Dan biex jiddefendi spazju miftuħ li jagħmlu użu minnu madwar ħamsin elf ruħ li jiffrekwentawh mil-lokalitajiet tal-Gzira, Tas-Sliema u Ta’ Xbiex.
F’konferenza tal-aħbarijiet fil-ġnien, is-Sindku Laburista tal-Gżira Conrad Borg Manché saħaq li kulma jmur qed jikber il-bżonn ta’ spazji ħodor miftuħa.
CONRAD BORG MANCHÉ
SINDKU TAL-GŻIRA
“Din l-applikazzjoni kienet saret fin-1999 ġiet mressqa fl-aħħar xhur u indunajt biha b’ċikka, appellajna għall-PRT. Il-PRT tlifnieh sfortunatament u issa qegħdin appell il-qorti u qed nistennew l-eżitu mill-qorti”.
Fil-ġimgħat li għaddew, il-Kunsill nieda petizzjoni fejn qed jitlob biex jiġi ssalvagwardjat il-Ġnien tal-Gżira fl-intier tiegħu.
CONRAD BORG MANCHÉ
SINDKU TAL-GŻIRA
“Aħna nemmnu li petrol station ġo ġnien mhix posta, impatt ambjentali enormi forsi l-awtoritajiet għadhom mhux qed jirrealizzaw u naħseb l-anqas in-nies s’issa irrealizzaw. Filfatt għalaqna l-area għamilna sinjal kemm ħa tiġi kbira din il-pompa biex in-nies jirrealizzaw l-impatt enormi li ser tħalli fuq ir-residenti li ħa jiġu jgawdu dan il-ġnien.”
Is-Sindku spjega li dan huwa l-aħħar spazju miftuħ prezzjuż ta’ 20,000 metru kwadru, li jagħti nifs lil-lokalitajiet tal-madwar.

Опубликовано:

 

9 окт 2020

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@josmarebejer3554
@josmarebejer3554 3 года назад
Hemm bzonn lil poplu jqum fuq tieghu bil paroli tal gvern tghaddi
Далее
Episodju 036 ma' Conrad Borg Manche | Jon Mallia Podcast
3:25:20
Brawl Stars Animation: PAINT BRAWL STARTS NOW!
00:52
Просмотров 3,4 млн
Xtra Episodju 6: Paul Buttigieg u Conrad Borg Manchè
52:30
PROTEST ĠUDIZJARJU DWAR MANOEL ISLAND.
2:45
Просмотров 2 тыс.
“Ma flaħtx aktar” - Conrad Borg Manchè
3:28
Просмотров 2,6 тыс.
IS-SUQ TAL-BELT KIF QATT MA RAJTU.
2:46
Просмотров 5 тыс.
Villaġġ li jistona fid-daħla tal-belt.
2:10
Просмотров 1,4 тыс.
Lejl ta' ħidma fiċ-Ċirkewwa.
2:39
Просмотров 5 тыс.
IL-FORTI MANOEL FL-AĦJAR STAT TIEGĦU
2:45
Просмотров 1,5 тыс.