Тёмный

L-AĦWA DEGIORGIO JEĦLU 40 SENA ĦABS FUQ IL-QTIL TA’ DCG 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 4,2 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • George Degiorgio magħruf bħala ċ-‘Ċiniż’ u Alfred Degiorgio magħruf bħala l-‘Fulu’ ġew ikkundannati 40 sena ħabs kull wieħed għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia f’Ottubru tal-2017.
L-Imħallef Edwina Grima kkundannathom ukoll iħallsu kważi €43,000 kull wieħed u li dawn l-ispejjez għandhom jitħallsu fi żmien tliet snin.
Ftit sigħat wara li bdew għaddejjin ġuri, huma ġew ikkundannati mill-Imħallef Edwina Grima wara li għall-ħabta tas-sitta neqsin kwart tal-Ġimgħa filgħaxija ammettew l-akkużi b’rabta mal-involviment tagħhom fil-qtil ta’ Caruana Galizia.
B’rabta ma’ din l-ammissjoni, il-Prosekuzzjoni, id-Difiża u anki l-Parte Civile jiġifieri dawk li qed jirrappreżentaw l-interessi tal-familja Caruana Galizia qablu fi ftehim ta’ sentenza ta’ 40 sena priġunerija.
Dan it-tragward importanti fil-każ ta’ qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, seħħ fl-ewwel jum tal-ġuri li beda jinstema’ wara numru ta’ tentattivi mill-aħwa biex dan jiġi pospost.
Dan hekk kif argumentaw li ma kellhomx biżżejjed ħin sabiex jippreparaw id-difiża tagħhom għal dan il-ġuri iżda l-Imħallef Edwina Grima, li ppresediet il-ġuri kwotat mil-liġi li d-Difiża kellha ċans iżjed mill-minimu ta’ 20 jum stipulat bil-liġi.
Fil-fatt b’rabta ma’ dan dehret ir-rabja f’wiċċ George Degiorgio malli beda jinstema l-ġuri hekk kif bi kliem mhux xieraq, sostna li l-avukati tal-għajnuna legali tiegħu ma kienux preparati għal dan il-ġuri.
F’mument minnhom saħansitra jinstema jgħid lill-Avukat tiegħu - “Int m’intix lest tieħux responsabbiltà.”
Il-kundanna fil-konfront tal-aħwa waslet wara li permezz tal-avukati tal-għajnuna legali tagħhom, huma bidlu l-ammissjoni tagħhom għal ħatja.
Fil-fatt, il-Qorti ħatret lit-tabib forensiku Mario Scerri u lill-psikjatra Beppe Micallef Trigona sabiex jiġi determinat sabiex tara jekk l-aħwa Degiorgio hux qegħdin jifhmu l-importanza ta’ din id-dikjarazzjoni. Fil-fatt iż-żewġ professjonisti mediċi ntalbu jixhdu quddiem l-imħallef Edwina Grima.
It-Tabib Scerri qal li eżamina lil Alfred Degiorgio fil-binja tal-qorti stess u qal li eżaminah l-aħħar, jumejn ilu. Quddiem l-imħallef Grima, xehed ukoll b’mod separat il-psikjatra Beppe Micallef Trigona. Huwa xehed li fil-kapaċità professjonali tiegħu, l-aħwa Degiorgio mentalment stabbli biex iwieġbu ħatja.
B’dan l-iżvilupp issa hemm tliet persuni li nstabu ħatja b’rabta ma’ dan il-qtil hekk kif fi Frar tas-sena l-oħra, Vince Muscat il-‘Koħħu’ kien weħel 15-il sena ħabs għall-involviment tiegħu f’dan il-qtil.
Tliet persuni oħra jinsabu akkużati wkoll b’rabta ma’ din il-qtil fosthom l-allegat mandant u min allegatament forna l-bomba li ntużat biex inqatlet Caruana Galizia.
George Degiorgio kien ammetta f’intervista mar-Reuters li kien qatel lil Caruana Galizia iżda dik l-ammissjoni ma kinitx tgħodd fil-Qorti sakemm hu u ħuħ ammettew fl-awla ftit tas-sigħat wara li beda l-ġuri.

Опубликовано:

 

13 окт 2022

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@rosewiegers7284
@rosewiegers7284 Год назад
WELL DONE MALTA ....WHAT GOES AROUND COMES AROUND !!!!
Далее
Il-kantant Tristan B jintbgħat 9 xhur ħabs.
1:18
Просмотров 9 тыс.
Arrestat iben George Degiorgio
0:29
Просмотров 4,5 тыс.