Тёмный

L-EBDA AZZJONI ĠDIDA MILL-ARĊISQOF KONTRA DUN DAVID MUSCAT 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 2 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Il-Knisja qalet li ma tarax għaliex għandha tieħu passi ulterjuri kontra Dun David Muscat, wara li l-Qorti kkundannatu għal sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn wara li sabitu ħati ta’ diskors ta’ mibgħeda.
KITBA: ONE NEWS
FILMATI: ARKIVJI
L-Arċisqof ma jħossx li għandu jieħu azzjoni wara li Dun David Muscat instab ħati fi stadju ta’ appell talli uża diskors ta’ mibegħda.
Mal-gazzetta The Malta Independent, Kelliem għall-Arċidjoċesi ta’ Malta qal li m’hemmx lok għal aktar azzjoni fil-konfront ta’ Dun Muscat, li ġie kkundannat sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn minħabba li kiteb fil-midja soċjali li li xi ħadd ikun gay huwa agħar milli kieku jkun ippossedut mix-xitan.
Dan id-diskors Dun Muscat kien qalu b’rabta mal-omiċidju tal-Pollakka, Paulina Dembska, li dwaru hemm akkużat Abner Aquilina.
Dak iż-żmien, Dun Muscat kien kiteb fuq il-Facebook li jekk is-suspettat ta’ dan il-qtil makabru huwa gay jew bisesswali, dan ikompli jżid mad-diżordni ta’ din il-persuna.
Huwa qabbel dan ma’ meta wieħed ikollu l-pressjoni għolja, iz-zokkor u l-kanċer f’daqqa.
Dun David Muscat qal li persuna hekk teħtieġ l-għajnuna għax il-possessjoni hija inqas gravi, iżda li tkun gay - jew, kif sejħilha hu, “gayyaġni” - huwa agħar.
L-Arċisqof kien qal li widdeb lil Dun Muscat u talbu jneħħi l-kitba li għamel fuq il-midja soċjali iżda issa, meta mistoqsi jekk hux se jieħu azzjoni oħra wara l-kundanna tal-Qorti, il-Knisja qalet li m’hemmx lok għal azzjoni ulterjuri.
Il-midja kienet innutat l-azzjoni fjakka mill-Arċisqof fil-konfront ta’ Dun Muscat wara l-akkużi ta’ diskors ta’ mibegħda.
‘Il-Knisja “bl-ingwanti tal-bellus”, kien hemm miktub fil-gazzetta KullĦadd.
Kien ġie rappurtat kif is-saċerdot Mosti kien diġà ġie mwissi serjament ferm qabel u fuq il-kumment li issa għandu kundanna kriminali dwaru messu twaqqaf milli jkompli jeżerċita l-ministeru saċerdotali tiegħu.
“Daqqa fuq il-pala tal-id, meta jitqies li Fr David Muscat kien diġà mwissi fuq kliem ieħor ta’ mibegħda,” kien intqal.
Min-naħa tagħha, il-gazzetta It-Torċa kienet tkellmet ma’ membru tal-kleru li, bil-kundizzjoni ta’ anonimità sostna li ilhom isiru żbalji fuq is-sitwazzjoni ta’ Dun Muscat għax, fost l-oħrajn, il-Kurja m’aġġixxietx b’mod immedjat aktar kmieni.
Min-naħa tiegħu, l-editorjal ta’ The Malta Independent on Sunday kien innota kif il-Maltin stennew lil l-Arċisqof ikun iżjed iebes ma’ Dun Muscat.

Опубликовано:

 

4 июн 2023

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 4   
@janelia5855
@janelia5855 Год назад
Hux ta b xejn in nies qeghdin jonqsu millknisja
@Waffen305
@Waffen305 5 месяцев назад
qisek ras zobbi
@mtmlt0513
@mtmlt0513 10 дней назад
Injorant ieħor.
@mtmlt0513
@mtmlt0513 10 дней назад
Ċwieċ bil-pedigree. L-Qorti sekulari m'għandha ebda bearing fuq Mons. Arċisqof. 2357 Homosexuality refers to relations between men or between women who experience an exclusive or predominant sexual attraction toward persons of the same sex. It has taken a great variety of forms through the centuries and in different cultures. Its psychological genesis remains largely unexplained. Basing itself on Sacred Scripture, which presents homosexual acts as acts of grave depravity, tradition has always declared that "homosexual acts are intrinsically disordered." They are contrary to the natural law. They close the sexual act to the gift of life. They do not proceed from a genuine affective and sexual complementarity. Under no circumstances can they be approved. Dan Dokument tal-VATIKAN, mhux l-Kurja :) . Nisfidakom tressqu l-Papa (li ma ċaħadx dal-kliem, ovvjament la hu parti mill-Maġisteru tal-Knisja Kattolika) l-Qorti fuq diskors ta' mibgħeda.
Далее
THEUMA JTENNI LI FENECH QALLU BIEX JOQTOL LIL DCG
4:20
Whose action is better?🥹 #filaretiki #shorts
01:00
Просмотров 854 тыс.
X'jifferoċjah lil Dun David f'Xarabank?
8:45
Просмотров 11 тыс.
IL-GIDEB U L-ATTAKKI TAL-PN FUQ FEARNE
3:33
Intervista: Difen qattusa mejta imma “rxuxtat”
5:19
Vitals Inquiry Concluded: Joseph Muscat Speaks Out
31:08
MAL-45 TUNELLATA SKART ILLEGALI KULJUM
2:33
Angilbert u Herbert jinvestigaw ic-cikkulati...
5:30
Whose action is better?🥹 #filaretiki #shorts
01:00
Просмотров 854 тыс.