Тёмный

L-ISQOF TEUMA B’BOTTI LILL-KURJA DWAR IL-QALA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 2,2 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • L-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma, wassal numru ta’ botti ċari lejn il-Kurja tal-Arċisqof b’rabta mal-kwistjoni tal-artijiet fil-Qala u l-inċertezzi kbar li hemm fuq ras numru kbir ta’ familji li joqogħdu fuq din l-art, wara li l-Arċisqof kien ċeda l-kontroll tagħhom għal somma ta’ darba.
Theuma għamel dan hekk kif kien qed jindirizza l-pontifikal tal-festa tal-Kunċizzjoni l-Ġimgħa filgħodu proprju mir-raħal tal-Qala.
Fl-istess lokalità, u dik biswit tan-Nadur, fl-aħħar jiem komplew iseħħu żviluppi xejn sbieħ b’rabta mal-medda kbira ta’ artijiet amministrati mill- Fondazzjoni Abbazia di Sant Antonio delli Navarra. Il-Kurja tal-Arċisqof, li kellha l-kontroll tal-istess fondazzjoni, fl-aħħar snin ċediet dan id-dritt għas-somma ta’ mitejn elf ewro.
Issa familja diġà ġiet ordnata mill-Qorti biex tiżgombra mill-proprjetà tagħha wara kawża miftuħa mill-fondazzjoni, waqt li oħrajn jinsabu f’riskju serju li jgħaddu mill-istess destin.
Fl-omelija tiegħu l-Ġimgħa, l-Isqof Theuma tenna kif, qabel ma wieħed jaġixxi u jiddeċiedi, irid jara mhux biss kif se jaqbel lilu, imma kif se jintlaqat ħaddieħor.
ANTON THEUMA
ISQOF T’GĦAWDEX
“L-isfida tagħna hi li qabel ma niddeċiedi, qabel ma naġixxi, nistaqsi u ngħid mhux dak li jaqbilli biss, imma lill-oħrajn kif se nolqothom, lill-oħrajn kif se nweġġagħhom.”
Dikjarazzjoni ċara li, fil-mira, kellha d-deċiżjoni meħuda mill-Arċisqof, li rrinunzja l-kontroll fuq il-fondazzjoni, u allura fuq dawn l-artijiet fil-Qala u n-Nadur, billi ma setax jibqa’ jaħtar rettur li jamministraha.
Minn wara dik id-deċiżjoni tal-Arċisqof, l-amministraturi tal-fondazzjoni saru l-Avukat Patrick Valentino u Dei Conti Holdings Limited, kumpanija privata li tħares l-interessi tal-familja Stagno Navarra, meqjusa bħala l-eredi ta’ Cosmana Cumbo Stagno Navarra, il-mara nobbli li kellha l-artijiet inkwistjoni.
Fil-fatt, l-Isqof ta’ Għawdex fil-messaġġ ċar tiegħu rrefera wkoll għall-kwistjoni tar-regħba għall-flus hekk kif sostna li minħabba l-flus jitgħaffġu n-nies.
ANTON THEUMA
ISQOF T’GĦAWDEX
“Jekk jien għandi ħafna flus għalfejn għandi x’nambi iktar flus. X’se nagħmel bihom il-flus u minħabba l-flus ngħaffeġ in-nies, ngħaffeġ il-persuni, x’se nagħmel bihom il-flus?”
Wara dawn id-dikjarazzjonijiet iebsa, Theuma sostna hekk ukoll.
ANTON THEUMA
ISQOF T’GĦAWDEX
“Qed ngħidu isma’ spiċċa s-sens tad-dnub, m’għadhomx jiġu nies il-Knisja. Mhux bilfors jekk aħna l-fidi tagħna kienet mibnija fuq dak li jidher minn barra biss u mhux fuq l-għażliet personali li jmissu l-impenn tal-persuna.”
Dwar din il-kwistjoni, il-Prim Ministru Robert Abela kien ċar u sejjaħ bħala ħniżrija l-att li n-nies wara l-fondazzjoni fetħu proċeduri għas-skapitù taż-żgħir u persuni innoċenti.
ONE News ukoll kien mar jistaqsi lill-Isqof Awżiljarju dwar din il-kwistjoni proprju fil-Kurja tal-Arċisqof. Madankollu l-Isqof Galea Curmi, li kien skomdu għall-aħħar, evita kompletament il-mistoqsijiet tal-ġurnalist u talab li dawn jintbagħtu lill-uffiċċju tal-midja tal-Kurja.
Hekk sar, iżda, bil-kitba wara l-Kurja qalet biss li “tempatizza mal-individwi li huma mħassbu dwar x’se jiġri mir-residenza tagħhom” u injorat mistoqsijiet jekk tkellmitx mal-familji nfushom u jekk hux se tkun qed toffri xi soluzzjoni fi kwistjoni li taħti għaliha hi wkoll.

Опубликовано:

 

8 дек 2023

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 2   
@dorisfava4733
@dorisfava4733 7 месяцев назад
Nahsbuha sew QABEL ma NAGHMLU L'Apeli MHUX sew li- hutna l'ohra jigu bla saqaf fuq rashom ,jispjega TANT car il- Papa Francesco .🌹🌹🌹🌹💕
@danielcamilleri16
@danielcamilleri16 7 месяцев назад
il LUM minn imexxi il knisja jigi jaqa u iqum minn kull Hadd. L-aqwa il FLUS. JIEN KONT NAHDEM GO SKOLA TAL KNISJA U KECCEWNI FUQ GIDBA IVINTATA BIEX IDAHLU LIL TAL QALBA. DAWN NIES LI IHARSU BISS LEJN IL KULUR POLITIKU U IL WICC .
Далее
X'Sar Minnhom - L-iskola Sir Temi Zammit
12:30
Просмотров 10 тыс.
МЕГА ФОКУС С КАЛЬКУЛЯТОРОМ
00:33
НОВАЯ ПАСХАЛКА В ЯНДЕКСЕ
00:20
Просмотров 1,4 млн
QBIL DWAR L-ARMIER IŻDA JIXTIEQU IŻJED BILANĊ
2:12
Просмотров 1,7 тыс.
IL-MOSTIN JGĦIDU TAGĦHOM DWAR IL-PROĠETT TAL-PJAZZA
3:27
IMFAKKRA L-VITTMI TAN-NAR NAXXARIN
2:48
Просмотров 1,3 тыс.
Ġejjin
4:56
Просмотров 3 тыс.
It-traġedja tal-vapur Um El Faroud.
2:35
Просмотров 17 тыс.
30 BRITISH ACTORS WHO DIED IN 2024
16:47
Просмотров 81 тыс.