Тёмный

MONUMENT ĠDID GĦAL SAN GEJTANU FID-DAĦLA TAL-ĦAMRUN 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 635
50% 1

ONE.COM.MT •
Ilbieraħ filgħaxija żżanżan monument ad unur il-Patrun tal-Ħamrun San Gejtanu. Naraw.
MONUMENT ĠDID GĦAL SAN GEJTANU FID-DAĦLA TAL-ĦAMRUN
Int u dieħel il-Ħamrun min-naħa tal-Blata l-Bajda, quddiem il-kappella ta’ Sidtna Marija tal-Midalja Mirakoluża, issa se ssib jilqgħek monument ġdid tal-bronż iddedikat lil San Gejtanu, patrun u protettur tal-Ħamruniżi.
Ix-xogħol artistiku, li sar fuq disinn tal-artist Ramon Camilleri McKay, inawgurah is-Sindku tal-Ħamrun, Christian Sammut, u bierku l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona.
Il-ħolma li jinħadem dan il-monument kienet ilha s-snin, u issa twettqet bil-ħidma tal-kunsill lokali flimkien mal-Ħamrun Liberty Sezzjoni Festa.
Tkellimna mas-Sindku tal-Ħamrun Christian Sammut dwar il-ħsieb wara dan il-monument.
CHRISTIAN SAMMUT
IS-SINDKU TAL-ĦAMRUN
‘Meta ssemmi l-Ħamrun, wieħed ukoll isemmi lil San Gejtanu. Il-poplu Ħamruniż u anki n-nies ta’ Malta kollha jafu bl-imħabba li l-Ħamruniżi għandhom lejn San Gejtanu. Kienet ilha ħolma li aħna bħala Ħamruniżi nagħmlu monument lil dan il-qaddis li tant inħobbu, l-Qaddis tal-Providenza. Naħseb bl-għajnuna tal-Ħamrun, Sezzjoni Festa u l-Kunsill Lokali tal-Ħamrun għamilna dan il-monument fid-daħla tal-Ħamrun kif jixraq.’

Опубликовано:

 

19 май 2023

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@maryrosegrechstride1822
@maryrosegrechstride1822 Год назад
Proset
Далее
IR-REAZZJONI TAL-PM WARA D-DEĊIŻJONI TAL-QORTI
3:26
Просмотров 1,6 тыс.
Il-Ħamrun waqt il-jiem tal-Festa 2016
2:35
Просмотров 3 тыс.
IL-ĦUTA NAZZJONALI LURA FIL-MAGĦLUQ
2:28
Просмотров 2,5 тыс.
Mill-Kamra Ep28 2223
36:33
Просмотров 158