Тёмный

PM: “KALMA U ĦADD MA JIĠI PPROVOKAT” 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 532
50% 1

ONE.COM.MT • F’intervista taħt it-tinda fin-Naxxar, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela reġa’ appella għall-kalma u biex ħadd ma jaqa’ għall-provokazzjoni.
Meta kien qed jiġi intervistat minn Frank Psaila, il-Prim Ministru tenna dan il-messaġġ b’saħħtu.
ROBERT ABELA
IL-PRIM MINISTRU
“Allaħares aħna nkunu poplu li qatt xi darba jerġa’ jmur lejn xi sitwazzjonijiet li kellna għexieren ta’ snin ilu f’dan il-pajjiż fejn id-diverġenza kont tesprimiha bit-tisbit. It-tisbit għadda żmienu u l-poplu mexa ’l quddiem u għalhekk dak l-appell b’saħħtu għall-kalma. Għada għandek l-isbaħ opportunità li l-fehma tiegħi se jkun qiegħed jippożizzjonaha f’awla quddiem maġistrat jew żewġ Maġistrati, li se jkunu qegħdin jisimgħu l-każijiet. Kruċjali l-appell għall-kalma biex ħadd ma jaqa’ għall-provokazzjoni u nemmen li l-poplu fehem dak il-messaġġ u dak il-messaġġ se jkun qed jimxi miegħu.”
Hawnhekk Dr Abela tkellem dwar kif, fl-aħħar snin, il-Gvern għamel ħemel ta’ riformi istituzzjonali.
Il-Prim Ministru Robert Abela kien mistoqsi dwar l-istabbiltà fil-prezzijiet tal-enerġija u l-istabbilità fil-prezzijiet tal-ikel essenzjali, sa mill-inqas Ottubru li ġej.
ROBERT ABELA
IL-PRIM MINISTRU
“Se nibqgħu nitħabtu bis-saħħa biex inżommu l-prezzijiet tal-ikel stabbli, kif ukoll il-kontijiet tal-enerġija, tal-ilma, tal-fjuwil u tal-gass stabbli, kif inhuma, jiġifieri ma jogħlewx. Mela kull min qed jgħid sal-lum il-ġurnata li għadu indeċiż fit-8 ta’ Ġunju x’se jagħmel, il-poplu jrid jiddeċiedi fit-8 ta’ Ġunju, jekk fil-ġimgħat ta’ wara aħniex se nċedu għall-pressjoni ta’ Brussell biex jogħlew il-kontijiet tad-dawl jew le. Magħna, miegħi tafu fejn qegħdin.”
Dr Abela tkellem dwar l-importanza ta’ Gvern li jisma’ mingħand in-nies. Dan fil-kuntest ta’ deċiżjonijiet li mpjant tat-tarmak fl-Imqabba ma jsirx, l-istess kif ma jsirx il-bini ta’ supermarket f’art ODZ f’San Ġwann.
Dwar l-ekonomija, Dr Abela sostna kif Malta se jkollha l-akbar tkabbir ekonomiku din is-sena u s-sena d-dieħla minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Hawnhekk sostna dwar ħemel ta’ miżuri biex pajjiżna jkollu ħaddiema barranin li jaħdmu fejn verament hemm bżonn.
Il-Prim Ministru temm din l-intervista billi saħaq li l-messaġġ favur l-importanza tal-vot fit-tmienja ta’ Ġunju li ġej.
ROBERT ABELA
IL-PRIM MINISTRU
“U għalhekk nerġa’ ndur fuq dan l-appell b’saħħtu: tal-importanza ta’ mandat b’saħħtu. Sfidi b’saħħithom li ġejjin quddiemna, sfidi kbar, Grigalati kbar, però wrejna li għal kull Grigalata li kellna quddiemna, konna dak il-partit li offrejna s-soluzzjonijiet u għalhekk li nerġa’ nersaq quddiem il-poplu, nitlob it-tisħiħ u t-tiġdid ta’ mandat ta’ fiduċja ħalli nkomplu bl-implimentazzjoni tal-elf miżura li hemm fil-manifest elettorali, naqilbuhom f’elf kisba għal pajjiżna, nagħmluhom elf kisba għall-ġenerazzjoni żagħżugħa, għall-istudenti tagħna, għall-famiji tagħna, għall-pensjonanti tagħna, għan-negozji tagħna, għal kull min huwa ta’ rieda tajba f’dan il-pajjiż. Is-Saħħa lin-Naxxarin. Is-Saħħa lill-Għawdxin. Is-Saħħa lill-Maltin.”

Опубликовано:

 

26 май 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
Далее
IR-REAZZJONI TAL-PM WARA D-DEĊIŻJONI TAL-QORTI
3:26
Просмотров 1,6 тыс.
ATTAKK AĠITAT U NERVUŻ MINN DAVID AGIUS
2:14
Просмотров 2,3 тыс.
JOSEPH MUSCAT: AKKUŻI BBAŻATI FUQ GĦAJDUT
4:17
Просмотров 5 тыс.
CASA KONTRA KULL NOMINA LABURISTA
1:24
Просмотров 788