Тёмный

REBBIEĦ TAL-20 EDIZZJONI TA’ LIQUORISH 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 869
50% 1

ONE.COM.MT • L-edizzjoni speċjali ta’ din is-sena ta’ ‘Liquorush’ waslet fi tmiemha lbieraħ filgħaxija, fejn sar magħruf ir-rebbieħ minn fost l-għaxar parteċipanti li kienu diġà parteċipanti jew rebbieħa ta’ edizzjonijiet passati.
L-avventuri tagħhom f’diversi nħawi tal-Kambodja ntwerew waqt il-programmi, li xxandru kull ġimgħa għal 15-il ġimgħa, u ħinijiet u ġranet oħrajn b’mod esklussiv fuq ONE.
KITBA: DASIER D’AMATO
FILMAT: ONE
Ir-rebbieħ tal-għoxrin edizzjoni ta’ ‘Liquorish All Stars’ hu Fredrick Grech, biex sar l-uniku kompetitur ta’ dan il-programm popolari fuq l-istazzjon ONE li fil-fatt rebħu darbtejn.
Differenti minn edizzjonijiet preċedenti kollha, din is-sena t-tim ta’ ‘Liquorish’ xtaq jagħmel xi ħaġa differenti biex jiċċelebra l-għoxrin anniversarju u l-grupp ta’ għaxar parteċipanti ttieħdu l-Kambodja f’kultura li hi kompletament differenti minn dik li aħna mdorrijin għaliha.
Dan minbarra li l-għaxar parteċipanti tal-programm, ippreżentat minn Andrea Cassar, kellhom jgħixu ħajja maqtugħa minn kull kumdità u teknoloġija moderna.
Fi tmiem l-aħħar programm mis-sensiela, li xxandar it-Tnejn filgħaxija u kien il-ħmistax-il wieħed, Fredrick ġab l-akbar ammont ta’ voti mit-telespettaturi.
L-avventura tiegħu f’‘Liquorush’ kienet bdiet l-ewwel darba fl-2012 meta fil-Marokk kien għeleb il-kompetizzjoni tal-parteċipanti l-oħrajn.
Issa fl-edizzjoni ta’ din is-sena spiċċa finalist ma’ Pawla Gafà, iżda fil-vot finali kien hu li reġa’ kiseb l-akbar simpatiji.
Fi tmiem emozzjonanti fl-istudio u mdawwar mill-bqija tal-parteċipanti, Fredrick ġie ppreżentat bl-unur għat-tieni darba fl-istorja ta’ ‘Liquorish’ mill-preżentatriċi nnifisha.

Опубликовано:

 

8 июл 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
IL-KALKARIŻI JILQGĦU LURA L-VARA TA’ SAN ĠUŻEPP
2:18
Biggest moments during Biden-Trump debate
2:16
Просмотров 3,8 млн
SE JIRRITORNA L-GOZO FOOD FESTIVAL
2:14
Просмотров 202
Andrew Azzopardi on RTK103 | 13 ta' Lulju
2:56:05
Просмотров 4,2 тыс.