Тёмный

SOSPIŻI DIRETTIVI MILL-MUT FL-MCAST U L-ITS 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 186
50% 1

ONE.COM.MT • Il-Gvern ħabbar żviluppi fil-kwistjoni dwar il-marki tal-eżamijiet għall-istudenti tal-MCAST u l-ITS minħabba direttivi li kienu imposti mill-Unjin tal-Għalliema, l-MUT, u issa ġew sospiżi b’mod immedjat.
Dan wara serje ta’ laqgħat intensivi, li saru fl-aħħar jiem, inkluż mill-Prim Ministru Robert Abela nnifsu, li saħansitra ltaqa’ u tkellem ma’ studenti li kienu affettwati.
KITBA: JOSEF CARUANA
FILMAT: PBS/ARKIVJI
Wara l-iżviluppi fl-aħħar jiem fit-trattattivi dwar il-ftehim kollettiv tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija, l-MCAST, u għall-Istitut tal-Istudji Turistiċi, l-ITS, l-Unjin tal-Għalliema, l-MUT, issospendiet id-direttivi imposti dwar l-għoti tal-marki tal-eżamijiet.
Fiż-żewġ każi, il-Gvern, permezz tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika, innota b’sodisfazzjon l-iżblokk fin-negozjati wara diversi diskussjonijiet.
Minn Brussell, fejn kien qed jattendi għas-summit tal-mexxejja tal-Kunsill Ewropew, il-Prim Ministru Robert Abela wkoll innota s-sodisfazzjon tiegħu dwar dan l-iżvilupp, wara li fl-aħħar jiem iltaqa’ personalment ma’ numru ta’ studenti tal-MCAST dwar is-sitwazzjoni, li kienet għadha pendenti.
ROBERT ABELA
IL-PRIM MINISTRU
“Żblokk li seħħ, l-ewwelnett, mal-istudenti. Jiena għalija kienet sitwazzjoni inaċċettabbli li jkollok studenti li jbatu r-riperkussjonijiet huma ta’ azzjoni industrijali. Min-naħa l-oħra, fhimt ukoll il-pożizzjoni tal-MUT, li nixtieq nirringrazzjaha tal-bilanċ li wriet, bil-mod li rnexxielna naslu għal dan l-iżblokk fl-azzjonijiet industrijali, li kien hemm. Nemmen ħafna fil-paċi industrijali. Nemmen ħafna wkoll fil-prinċipaji tat-tradizzjonijiet tan-negozjar kollettiv, jiġifieri li tpoġġi madwar mejda, mingħajr suppervja, tifhem il-pożizzjonijiet rispettivi u fhimt il-pożizzjonijiet rispettivi. Li mhux neċessarjament kulħadd kellu raġun minn naħa jew kulħadd kellu tort min-naħa l-oħra, imma l-munita trid taraha miż-żewġ naħat. U meta jirnexxielek tasal għal dan l-ispirtu ta’ djalogu u tifhem il-pożizzjonijiet rispettivi u l-aspettattivi rispettivi wkoll.”
Aktar kmieni l-Ġimgħa hu wkoll ikkummenta fuq il-midja soċjali fejn tenna li t-taħditiet u n-negozjar kollettiv se jissoktaw.
Fi żvilupp ieħor, il-Ħamis, l-MUT ukoll ħabbret li kkonkludiet abbozz ta’ ftehim mal-Gvern dwar is-salarji u l-kundizzjonijiet tal-edukaturi kollha fl-iskejjel tal-Istat u tal-Knisja u se tkun qed titlob lill-membri tagħha biex jivvotaw fuqu fl-erbgħa ta’ Lulju li ġej.
Dwar dan il-Prim Ministru wkoll ikkummenta dwar il-pass ’il quddiem.
ROBERT ABELA
IL-PRIM MINISTRU
“Il-pass ’il quddiem li eventwalment naslu għal qbil dwar il-ftehim kollettiv, jiġifieri dan li rnexxielna nwaqqfu l-azzjonijiet industrijali, bi ftehim, kienet importanti ferm. Issa nħares ’il quddiem li d-diskussjonijiet jibqgħu għaddejjin mingħajr waqfien sakemm naslu għall-iffirmar tal-ftehim kollettiv il-ġdid, li nemmen li se jkun qed jagħmel ġustizzja mal-partijiet kollha konċernati.”

Опубликовано:

 

27 июн 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
KAPITLU ĠDID U MODERN GĦALL-HAPPY SCHOOL
5:21
Mass meeting Zaren Tal-Ajkla Zabbar Malta
2:59
Просмотров 6 тыс.
He turned a baseball into a stylish shoe😱
00:59
Xarabank - Malta u l-Maltin - Laqmijiet 1
2:28
Просмотров 32 тыс.
Paano nabuking si Alice Guo? Sen. Gatchalian explains
10:36