Тёмный

WAQT PANDEMIJA JAFFAĊĊJAW L-AKBAR SFIDA F’XOGĦOLHOM T’ARTISTI 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 851
50% 1

ONE.COM.MT • L-akbar statwa li qatt kellu każin f’pajjiżna għaddiet minn proċess ta’ induratura li ħa minn tal-anqas seba’ xhur.
Żewġ artisti affaċċjaw l-akbar sfida ta’ xogħol fin u dedikazzjoni waqt pandemija.
L-induratur Jason Farrugia sab ruħu f’ġirja kontra l-ħin jaħdem minn sbieħ alla biex ilesti din l-istatwa fil-ħin għall-festa liturġika ta’ San Ġorġ Megalomartri.
KITBA: PEARL AGIUS
FILMAT: BJORN BONELLO
Waqt perjodu ta’ diffikultà kbira għad-dinja kollha, Jason Farrugia ħa f’idejh l-akbar sfida li qatt affaċja tul dawn l-aħħar għaxar snin li ilu induratur tal-istatwi.
Matul dawn l-aħħar xhur kellu taħt idu l-istatwa ta’ San Ġorġ biex tiġi indurata bid-deheb u tkun lesta biex tpaxxi l-għajn matul il-festa liturġika tal-qaddis, fit-tlieta u għoxrin t’April.
L-induratur stqarr li għal dawn l-aħħar seba’ xhur, flimkien mal-artist tal-istatwa Adonai Camilleri Cauchi, qattgħu ħafna ħin jipperfezzjonaw din l-istatwa twila aktar minn erba’ metri bil-għan li kull kanturniera tgħaxxaq lil dak li jkun.
JASON FARRUGIA
INDURATUR
“Kemm l-artist innifsu jew jien mill-banda l-oħra għandna n-natura tagħna daqsxejn fitti fix-xogħol, allura meta tkun hekk, xogħol ta’ siegħa jirrikjedi siegħa u nofs u meta tasal għall-finishings speċjalment l-aħħar naqriet importanti li tqatta’ kemm jista’ jkun ħin fuqu għax dawk jagħmlu d-differenza, qed tifhem. Dik in-nofs siegħa oħra li ttih ix-xogħol jagħmel differenza fih.”
Tkellimna wkoll ma’ l-istatwarju Adonai Camilleri Cauchi, il-moħħ wara din l-istatwa maestuża.
ADONAI CAMILLERI CAUCHI
ARTIST
“Kienet sfida kbira, kultant ngħid li ma kontx naf għalxiex dieħel imma l-imħabba li għandi għal San Ġorġ, dħalt għaliha b’ruħi u b’ġismi, maħduma fir-reżina. Ħdimtha fir-reżina għaliex mill-bidu sal-aħħar hija mudell fit-tafal u sar għal darba biss iġifieri l-forom tiegħu tkissru litteralment. Jiġifieri din hija statwa unika.”
L-artist qalilna dwar il-ħsieb wara din ir-rappreżentazzjoni tal-qaddis li miet f’Lidda għat-twemmin Kristjan.
ADONAI CAMILLERI CAUCHI
ARTIST
“Id-dragun narawh bil-lanza ġo għonqu allura m’għandux dik il-qawwa ta’ dragun li qed jiġġieled iġifieri diġà qiegħed batut u qiegħed beżgħan b’idu ‘l fuq qed jistenna l-aħħar daqqa minn San Ġorġ. Fl-istess ħin għandek l-azzjoni taż-żiemel li qiegħed fl-azzjoni, għandek anatomija ta’ żiemel, m’għandekx anatomija ta’ figura li aħna mdorrijin nafu nagħmlu. Allura trid tistudja ż-żiemel kif ikun, ir-razza li jkun fih u l-qawwa li dak il-ħin ikun imnaffar biex jaqbeż id-dragun biex San Ġorġ ikun jista’ jagħtih l-aħħar daqqa. Imbagħad finalment għandek lil San Ġorġ fih innifsu l-qaddis li jirrappreżenta l-qawwa ta’ Kristu jiġifieri trid tagħmel id-divinità tiegħu, il-ħlewwa tiegħu u fl-istess ħin il-qawwa.”
L-istatwa ntweriet għall-ewwel darba lura fl-elfejn u tmintax u għaddiet minn proċess ta’ irfirnar u induratura biex tfakkar it-tlieta u tletin sena mit-twaqqif tal-għaqda soċjo-mużikali Anici.

Опубликовано:

 

22 апр 2021

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
Далее
Profili | Micheal Camilleri Cauchi
40:32
Просмотров 1,5 тыс.
KONTRA ŻONA GĦALL-MUDELLI TAL-AJRUPLANI
1:52
Камень, ножницы, нейронка
00:33
Просмотров 771 тыс.
Beautiful sport😍
00:20
Просмотров 331 тыс.
IL-PM QALB IN-NIES FIL-BELT VALLETTA
1:35
Просмотров 368
Mapping the Trump Shooting
6:12
Просмотров 13 млн
Ħruġ  minn niċċa San Ġorġ- 2024
15:56
Просмотров 1,7 тыс.
World’s Deadliest Obstacle Course!
28:25
Просмотров 177 млн
The Finnish Language
9:57
Просмотров 2,1 млн
Камень, ножницы, нейронка
00:33
Просмотров 771 тыс.