Тёмный

WARA L-FESTA TA’ SAN PATRIZJU, SAN ĠILJAN NADIF TAZZA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 1,7 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Wara ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ San Patrizju, dalgħodu, it-toroq ta’ San Ġiljan u l-madwar sebħu nodfa tazza minkejja l-ammont kbir ta’ skart li kien hemm. Kif kien mistenni, l-Ġimgħa, it-toroq ta’ San Ġiljan kienu mimlija sa ruħ ommhom miżgħudin bin-nies, jiżfnu għall-mużika, bil-birra, ix-xorb irqiq u l-kpiepel ħodor jiddominaw il-postijiet kollha tad-divertiment.
Fil-fatt, il-Ġimgħa, aktar minn ħamsin elf żagħżugħ Malti, turisti u anki mhux tant żgħażagħ, ħonqu t-toroq, wara li din il-festa li kisbet popolarità qawwija f’pajjiżna ġiet iċċelebrata għall-ewwel darba b’mod normali wara l-pandemija, mingħajr ebda restrizzjonijiet.
One News tkellem ma’ Philip Fenech Deputat President tal-Kamra tan-Negozju Żgħar u Medji u Chairman tal-Paceville Town Centre Management li esprima magħna s-sodisfazzjon tiegħu dwar l-attendenza numeruża l-Ġimgħa filgħaxija.
PHILIP FENECH
CHAIRMAN TAL-PACEVILLE TOWN CENTRE MANAGEMENT
“Ilbieraħ Saint Patrick’s day kienet waħda li kienet mistennija ħafna wara tliet snin, ma ninsewx, u nista’ ngħid li kemm ilha ssir, kienet waħda mill-ikbar li qatt esperjenzajna. Biż-żejjed ngħid li l-area ta’ San Ġiljan kollu kien mimli.”
Ma setax jonqos li ċ-ċelebrazzjonijiet ad unur dan il-qaddis, li bdew jiġu ċċelebrati l-ewwel fl-Irlanda, bħal kull sena, din is-sena wkoll, ġabu magħhom ammont kbir ta’ skart fit-toroq ta’ San Ġiljan, b’ammonti kbar ta’ tazzi u flixken, fost oħrajn.
Madankollu, wara ġurnata u lejl ta’ divertiment fl-okkażjoni ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet, il-pjazza ewlenija ta’ Spinola u bosta toroq f’San Ġiljan u Paceville, is-Sibt filgħodu sebħu qisu qatt ma kien xejn. Grazzi għall-ħidma sfieqa tal-ħaddiema fi ħdan id-Divizjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni fi ftit sigħat, it-toroq sebħu nodfa xummiema mill-ġdid.
Sa mis-sigħat bikrin tas-Sibt, dawn il-ħaddiema ntefgħu b’ruħhom u ġisimhom, bi ħġarhom, jaħdmu qatigħ biex ġabu kull m’hemm nadif tazza.
Biex b’hekk sas sigħat bikrin ta’ filgħodu ż-żoni li fihom ftit siegħat qabel kienu mimlija nies jiċċellebraw sebħu nodfa pupilla, biex b’hekk kollox ikompli b’mod normali f’San Ġiljan.

Опубликовано:

 

6 сен 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
Linkin Park: FROM ZERO (Livestream)
1:21:01
Просмотров 5 млн
Сказала дочке НЕТ!
00:24
Просмотров 619 тыс.
ПРОСТИ МЕНЯ, АСХАБ ТАМАЕВ
32:44
15 Celebrities You Didn't Know Were Gay!
18:56
Просмотров 3,1 млн
Meeting 41 - 29/07/2022
39:38
Просмотров 7 тыс.
IS-SUQ TAL-BELT KIF QATT MA RAJTU.
2:46
Просмотров 5 тыс.
Malta International Airshow 2023 - Departures
30:21
Просмотров 2,8 тыс.
Marc ta filghdu festa san Giljan   🎼 No 7
4:35
Просмотров 2,3 тыс.
BRIJU, MARĊI U KULURI
2:48
Просмотров 3,9 тыс.