Тёмный

ĦARSIEN XIERAQ TAL-ĦADDIEM FUQ IL-LANT 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 197
50% 1

ONE.COM.MT • Il-liġi l-ġdida għat-tisħiħ fir-regolamenti favur is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, li qed tiġi diskussa attwalment fil-Parlament, għandha l-għan prinċipali ta’ deterrent qawwi kontra kull min jabbuża u kawża t’hekk iwassal għal korrimenti jew saħansitra fatalitajiet.
Jirriżulta minn statistika uffiċjali li, fl-aħħar għaxar snin, f’pajjiżna kellna medja annwali ta’ aktar minn erba’ mija u sebgħin korriment relatati direttament max-xogħol.
KITBA: JOSEF CARUANA
FILMAT: PARLAMENT/ARKIVJI
Fil-preżentazzjoni tiegħu dwar il-liġi l-ġdida dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, li bħalissa tinsab quddiem il-Parlament, il-Gvern, permezz tal-Prim Ministru Robert Abela kif ukoll permezz tal-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma fil-Kostruzzjoni, Jonathan Attard, insista li din se tkun qegħda tħejji lil pajjiżna biex jindirizza mhux biss l-isfidi tal-lum, imma anke realtajiet li jistgħu jiżviluppaw fiż-żmien li ġej.
Jirriżulta li, sal-lum, ma kienx hemm id-deterrent xieraq li jagħti l-aħjar protezzjoni meħtieġa lill-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol varji, inkluż f’dawk bl-akbar riskji, bħalma hu l-qasam tal-kostruzzjoni.
Tali nuqqas dejjem wassal għal numru mdaqqas ta’ korrimenti u fatalijiet kull sena.
Minn tagħrif li għandu ONE News, jirriżulta li bejn l-2012 u l-2023, kien hemm medja ta’ erba’ mija u ħamsa u sebgħin applikazzjoni fis-sena għall-benefiċċju tal-korrimenti, bl-unika darba li ċ-ċifra ma qabżitx l-erba’ mija tkun proprju s-sena li għaddiet.
Sal-aħħar ta’ Diċembru li għadda, kien hemm mija u ħamsa u disgħin persuna li kienu qed jirċievu l-benefiċċju mill-Gvern minħabba korriment fuq ix-xogħol.
Minbarra hekk, tagħrif, li kien ippreżentat fil-Parlament, juri li l-2022 irreġistrat l-akbar ammont ta’ fatalitajiet fuq ix-xogħol, b’total ta’ ħmistax, bi tmienja minnhom fil-kostruzzjoni.
Issa ġie spjegat li l-liġi proposta se toħloq sistema sigura ta’ saħħa u sigurtà fuq il-postijiet kollha tax-xogħol, mhux l-inqas dawk li jippreżentaw l-akbar riskji.
Il-liġi l-ġdida se tagħti aktar saħħa lill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA, waqt li se tintroduċi multi aktar ħorox għal min ma jimxix mar-regoli stabbiliti.
Min se jinstab ħati fl-ewwel nuqqas se jkun espost għal multa li tvarja bejn elf u ħames mitt ewro u massimu ta’ ħamsin elf ewro, iżda, f’każi serji, hemm massimu ta’ sentejn priġunerija. Min isir riċediv u jinstab ħati darb’oħra fil-Qorti, il-minimu tal-multa jitla’ għal għoxrin elf ewro u l-piena ta’ priġunerija titla’ sa massimu ta’ erba’ snin.
Se jinħoloq ukoll tribunal b’ġurisdizzjoni f’dan il-qasam bil-ħsieb li jkun hemm sistema ġusta u li ma tħares lejn wiċċ ħadd.
Il-Ministru responsabbli tenna li l-enfasi tibqa’ dik li jogħlew l-istandards, waqt li l-awtorità tibqa’ impenjata li tidentifika dawk l-oqsma li fihom hemm tendenza ta’ żieda fl-inċidenza.
Dr Attard temm l-intervent tiegħu b’appell.
JONATHAN ATTARD
MINISTRU
“Il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tagħna mhijiex biss obbligu legali. B’dan l-abbozz ta’ liġi, qed nuru l-impenn tagħna u nibagħtu messaġġ ċar li s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tagħna huma ta’ prijorità assoluta. Flimkien, nistgħu noħolqu postijiet tax-xogħol aktar siguri għal kulħadd.”

Опубликовано:

 

8 июл 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
Mapping the Trump Shooting
6:12
Просмотров 13 млн
L-UŻU TAS-SEATBELT 62 SENA WARA
2:03
Просмотров 250