Тёмный

AĠĠORNAMENT FIR-REGOLI TAL-CARAVANS 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 512
50% 1

ONE.COM.MT • Se nsegwu issa aġġornament li kien hemm fir-Regolamenti dwar it-Tqegħid Temporanju ta’ Caravans u Campers fil-Lokalitajiet. Fost l-oħrajn, it-tibdil se jwassal biex persuni ta’ 60 sena jew aktar se jkunu qed iħallsu biss ħamsin ċenteżmu kull ġurnata kemm idumu kkampjati minflok il-ħames ewro kuljum.
KITBA: STEFAN BAJADA
FILMAT: ARKIVJI
Wara diversi diskussjonijiet mal-partijiet kollha konċernati, li baqgħu għaddejjin matul l-aħħar sena, il-Ministeru responsabbli mill-Gvern Lokali qal kif ġew approvati bidliet għar-Regolamenti dwar it-Tqegħid Temporanju ta’ Caravans u Campers fil-Lokalitajiet, liema regolamenti kienu ġew introdotti fl-1 ta’ Lulju tas-sena li għaddiet.
Tali miżuri wasslu biex jirregolaw l-attività fl-użu tal-campers u l-caravans f’żoni speċifiċi matul ix-xhur bejn Ġunju u Settembru ta’ kull sena u dan biex jiġi indirizzat xi abbuż li seta’ kien hemm fil-prattika ta’ din l-attività.
F’avviż legali ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ingħad li issa, waqt li l-ħlas relattiv fix-xhur imsemmija se jibqa’ dak ta’ €5 kull ġurnata, dawk minn 60 sena ’l fuq se jkunu mitluba jħallsu biss ħamsin ċenteżmu kuljum.
Il-flus miġbura se jingħataw lill-kunsilli lokali tal-lokalitajiet li fihom ikun sar l-avviż għat-tqegħid temporanju ta’ caravan jew ta’ camper.
Fost l-oħrajn, il-bidliet jinkludu wkoll li min jixtieq ipoġġi camper jew caravan għal massimu ta’ sebat ijiem irid javża li se jsir b’dan permezz ta’ notifika li mhux se tibqa’ aktar f’forma ta’ applikazzjoni jew talba mal-kunsill lokali rispettiv, iżda minflok isir avviż lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali.
L-applikazzjoni tista’ ssir ukoll onlajn billi wieħed jaċċessa l-link localpermits.gov.mt.
Min ma jimxix ma’ din il-proċedura, li issa ġiet issimplifikata, ikun espost għal kontravenzjonijiet fir-regolamenti oriġinali. B’din is-simplifikazzjoni tal-proċedura, se jibqa’ d-deterrent kontra min jabbuża bl-ikkapparrar għal tul mhux raġonevoli ta’ spazji pubbliċi, iżda fl-istess waqt tkun aktar ġusta ma’ min jixtieq li leġittimament jipprattika din l-attività.

Опубликовано:

 

4 июл 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
L-EQDEM VIA SAGRA F’MALTA GĦAR-RESTAWR
3:44
🤯 #funny
00:20
Просмотров 1,2 млн
Впервые дал другу машину…
00:57
KATEGORIKU FUQ IL-PROTESTA TAL-COURIERS
2:50
FEARNE U SCICLUNA MA NAQSU MKIEN
2:03
Просмотров 1,4 тыс.
France's Stunning Election Results Explained
9:39
GRUPP TAL-BOLT JOĦORĠU FUQ STRAJK
2:45
Просмотров 296