Тёмный

“MA NINQATGĦU QATT MILL-PRIJORITAJIET TAN-NIES” - IL-PM 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 370
50% 1

ONE.COM.MT • Fil-Parlament, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-mexxejja Ewropej m’għandhom jinqatgħu qatt mill-prijoritajiet tan-nies. Dr Abela qal dan fi stqarrija ministerjali wara l-Kunsill Ewropew, li sar il-ġimgħa l-oħra.
KITBA: EMAN PORTELLI
FILMAT: PARLAMENT / ARKIVJI
Fi Stqarrija Ministerjali, fil-Parlament, il-Prim Ministru Robert Abela jħabbar li l-President elett tal-Kunsill Ewropew Antonio Costa se jżur pajjiżna biex tkun diskussa l-aġenda ġejjiena tal-Unjoni Ewropea.
“Ma ninqatgħu qatt mill-prijoritajiet tan-nies.”
Dan intqal mill-Prim Ministru Robert Abela, waqt Stqarrija Ministerjali li għamel fil-Parlament, it-Tlieta waranofsinhar.
r Abela kien qed jitkellem dwar il-Kunsill Ewropew li attenda għalih il-ġimgħa l-oħra.
ROBERT ABELA
IL-PRIM MINISTRU
“Huma x’inhuma ċ-ċirkostanzi, pero, nemmen li ma nistgħu ninqatgħu qatt mill-prijoritajiet tan-nies.”
Dwar l-għażla tal-ogħla mexxejja tal-Unjoni Ewropea, il-Prim Ministru sostna li fl-irwol tiegħu hu jemmen li f’dawn id-diskussjonijiet iridu jkunu kkunsidrati r-riżultati tal-elezzjonijiet fil-Parlament Ewropew u l-bilanċ ġeografiku.
Dr Abela tenna li hu se jkompli jgħaddi l-messaġġ ċar li l-Unjoni Ewropea trid tagħti importanza lill-Mediterran. Intant, il-Prim Ministru Abela ħabbar li l-President tal-Kunsill Ewropew elett Antonio Costa se jkun qed iżur pajjiżna fil-ġimgħat li ġejjin.
Il-Prim Ministru qal li l-ħatra ta’ President tal-Parlament Ewropew mhix parti mill-funzjonijiet tal-Kunsill Ewropew. Qal ukoll li ma jaqbilx ma’ wħud mill-pożizzjonijiet li ħadet Roberta Metsola, iżda jibqa’ konsistenti mal-prinċipju li barra minn xtutna, hu qatt ma jkun kontra Maltin bħalu.
Dwar it-tema tas-sigurtà u d-difiza, semma l-qbil li kien hemm bejn Ursula von der Leyen, Charles Michel u Volodymr Zelensky, iżda tenna li r-realtajiet ta’ Malta huma rrispettati.
ROBERT ABELA
IL-PRIM MINISTRU
“Il-punt tar-rispett lejn il-politika ta’ stati membri bħal Malta jissemma darbtejn mill-aktar ċar. Dan apparti li fuq livell ta’ Kunsill għandna wkoll is-serħan il-moħħ li providementi ta’ dan il-ftehim mal-Ukrajna biex jinbidlu jkunu jeħtieġu qbil unanimu tal-Kunsill Ewropew kollu.”
Fil-Parlament, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-mexxejja Ewropej iridu jingħaqdu kontra l-gwerra, biex ikun hemm il-paċi. Hawnhekk semma l-politika tal-inċentiv favur in-nies, waqt li sostna li l-Gvern għandu pjan ċar biex pajjiżna jilħaq l-miri fiskali. Dr Abela għalaq id-diskors tiegħu billi awgura lill-Membri Parlamentari Ewropej li ġew eletti f’isem pajjiżna, waqt li għadda dan il-messaġġ.
ROBERT ABELA
Antonio CostaIL-PRIM MINISTRU
“L-appell tiegħi lilhom jibqa’ li jġibu dejjem l-interess ta’ Malta l-ewwel u qabel kollox. Jien hekk se nibqa’ nagħmel f’kull ċans li jkolli, f’kull opportunità li jkolli li nirrappreżenta lil pajjiżna, barra minn xtutna.”

Опубликовано:

 

1 июл 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@dorisfava4733
@dorisfava4733 6 дней назад
Iva vera naqbel mieghek Onr Li. - ma tinqataw qatt ma' nies professjonali set u naqbel mieghek imma min ma jistax johrog hadd ma jerseq hawn u jaraw kif qed naghdi ghax hawn ta' 'Gorni San Jilian hadd ma jigi lil hadd ma naraw meta gejt inti hawn onr jien ukoll ma stajc nohrog grazzi u proset nixtieqek tifhem il - punt tieghi .inselli ghaliek ,🌹🌹🌹🌹🌹🌹🌹🌹🌹🌹🌹🌹🌹