Тёмный

FIL-MOSTA: PJAZZA SABIĦA KIF JIXRAQ U SOLUZZJONI GĦALL-GĦARGĦAR 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 1,4 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Bħalissa l-Pjazza tal-Mosta u t-toroq li jmissu magħha għaddejjin minn proċess ta’ riġenerazzjoni komprensiva li, ladarba jitlesta, se joffri lir-residenti Mostin u lil kull min jiffrekwenta dawn l-akkwati mhux biss post ferm isbaħ milli kien iżda wkoll b’servizzi kif suppost u ħieles mill-għargħar.
Fis-servizz li jmiss, is-sindku tal-Mosta, Chris Grech, jispjega kif il-kunsill lokali mmexxi mill-Partit Laburista għażel li, bl-appoġġ tal-Gvern ċentrali, jagħmel dak li m’għamlux kunsilli u gvernijiet immexxija minn ħaddieħor. Dawn kienu għamlu xogħol li jista’ jidher sabiħ fil-għajn iżda ma indirizzawx problemi iktar serji, bħal dik tal-għargħar.
KITBA: PEARL AGIUS
FILMATI: BJORN BONELLO
Sal-aħħar ta’ din is-sena l-Pjazza tal-Mosta se tittrasforma ruħha f’waħda li tabilħaqq tixraq lil din il-lokalità u kif ilhom jixtiequ l-Mostin.
F’din il-pjazza bħalissa għaddejja ħidma sfiqa sabiex jgħaddu servizzi ġodda minħabba xogħol li snin ilu ma kienx sar kif suppost jew li ddeterjora maż-żmien. Fl-istess waqt, fl-aħħar qed tiġi indirizzata l-problema ta’ għargħar li hija pjaga għall-Mostin kull meta tersaq lejn pajjiżna maltempata.
Iltqajna mas-Sindku Mosti, Chris Grech, li qalilna x’sabu ma’ wiċċhom il-ħaddiema meta imbarkaw fuq dan il-proġett.
CHRIS GRECH
IS-SINDKU TAL-MOSTA
“Dawn it-toroq arterjali jridu jsiru għax kienu f’sitwazzjoni li, wara ħafna snin li saru - jiġifieri dawn saru fuq għaxra, ħmistax-il sena ilu - kellhom bżonn jerġgħu jinqalgħu. Kien hawn diversi servizzi fil-wiċċ, diversi servizzi spiċċuti. Meta sar dan il-proġett tal-Pjazza kien hawn ħafna servizzi li saru fil-wiċċ. Dawn illum qegħdin jitbaxxew għal-livell li suppost għandhom jitbaxxew. Kien hawn sistemi tal-ilma tax-xita li llum waslu li s-soqfa tagħhom huma spiċċuti. Proprjament, warajja, hawnhekk, hawn il-ġiebja li hija taħt l-iljun, li s-saqaf tagħha sibna li dan huwa spiċċut. Il-ħnejjiet qed iġarrbu ħsarat strutturali; hemm bżonn li jinqala’ s-saqaf tal-ġiebja u tiġi rranġata wkoll.”
Kif naturalment jiġri kulmeta jkun qed isir ix-xogħol xi mkien, ir-residenti u dawk li jgħaddu mill-inħawi bħalissa qed ibatu minn inkonvenjent minħabba x-xogħlijiet kbar li qed isiru - fosthom tħaffir fil-blat tal-qawwi. Madankollu, ONE News seta’ jinnota li l-pjazza xorta waħda baqgħet aċċessibbli.
Is-Sindku sostna d-determinazzjoni li l-Mostin ikollhom Pjazza kif dejjem xtaqu. Iżda, biex dan iseħħ, il-kunsill mhux lest li jagħmel l-affarijiet ta’ kafkaf.
CHRIS GRECH
IS-SINDKU TAL-MOSTA
“Din il-problema ma ġietx indirizzata minn gvernijiet u kunsilli preċedenti meta saret il-pjazza tal-Mosta fis-snin passati. Illum il-Pjazza qed terġa’ tinqala’. Setgħet saret il-Pjazza b’mod li ma ġietx indirizzata l-problema, però ovvjament kien ikollna pjazza ġdida mingħajr ma tkun indirizzata din il-problema tal-għargħar.”
Grech qalilna wkoll li l-Kunsill ħadem biex jilħaq kompromess li bih se jkun jista’ jiġi mmaniġġjat it-traffiku filwaqt li l-pjazza tkun aktar aċċessibbli b’mod pedonali għar-residenti.
CHRIS GRECH
IS-SINDKU TAL-MOSTA
“Ħloqna kompromess billi se jkollna pjazza pavimentata u jistgħu jsiru diversi attivitajiet fiha meta nħossu l-ħtieġa li għandha tingħalaq. Imbagħad aħna indirizzajna t-talba li riedu n-nies, li jridu spazju kbir li jkun pedonali billi pproponejna proġett kbir ukoll viċin il-Pjazza li huwa proġett ta’ Project Green, fejn se jkollna, wara l-knisja, proġett ta’ tlett elef metru kwadru fejn se jkollna spazju aħdar, spazju pubbliku ħafna ikbar milli hemm illum.”

Опубликовано:

 

9 июн 2023

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
IL-MOSTIN JGĦIDU TAGĦHOM DWAR IL-PROĠETT TAL-PJAZZA
3:27
Floriana vs Sliema Final 2024 shootout(1)
7:49
L-ISQOF TEUMA B’BOTTI LILL-KURJA DWAR IL-QALA
3:08
Просмотров 2,2 тыс.
THEUMA JTENNI LI FENECH QALLU BIEX JOQTOL LIL DCG
4:20
The People Of Malta
4:57
Просмотров 269 тыс.
X'Sar Minnhom - L-iskola Sir Temi Zammit
12:30
Просмотров 10 тыс.
SERBIA-RUSSIA | A Special Relationship?
13:43
Просмотров 75 тыс.