Тёмный

GRECH BI TWISSIJA LIL FRANCO DEBONO 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 4 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Dalgħodu, waqt intervista li kellu minn ġurnalist tal-midja tal-Knisja fil-Każin Nazzjonalista tas-Siġġiewi, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kellu twissija għal Franco Debono.
Dan l-għada ta’ episodju bejn l-avukat ta’ Grech u Franco Debono.
KITBA: EMAN PORTELLI
FILMAT: ALEX BORG / NET
Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech wissa lil Franco Debono, l-għada tal-episodju fuq ir-radju tal-Knisja RTK meta Edward Debono allega li Franco Debono jrid imur lura fil-Partit Nazzjonalista b’kundizzjoni li jkun fid-diriġenza tal-partit u Franco Debono affrontah b’dak li hi gidba.
Fil-każin Nazzjonalista tas-Siġġiewi, Bernard Grech wissa bl-individwaliżmu.
BERNARD GRECH
KAP NAZZJONALISTA
“U mhux kif navvanzaw personalment.”
L-Avukat ta’ Bernard Grech, Edward Debono, is-Sibt qal li wieħed ma jridx jinsa f’għamel Franco Debono meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern.
EDWARD DEBONO
AVUKAT TA’ BERNARD GRECH
“Però wieħed irid joqgħod attent ukoll, li ma tistax tinsa d-deċiżjonijiet li waqqgħu gvern li ħa Franco Debono.”
Franco Debono wieġeb lill-Avukat ta’ Bernard Grech u fakkar fl-aġir ta’ Lawrence Gonzi, li appoġġja biex Bernard Grech tpoġġa Kap tal-Partit Nazzjonalista.
FRANCO DEBONO
EKS DEPUTAT NAZZJONALISTA
“Ħadd m’għandu dritt jipponta subgħajh lejha għax jien ħadtha jew ma ħadtiex kontra l-Kap, jien ħadtha minħabba issue ta’ policy għax dak l-istess Kap li kien hemm dak iż-żmien, meta dehrlu li Adrian Delia m’għoġbux x’għamel? Ra kif għamel u qaċċtuh.”
Intant fis-Siġġiewi, Bernard Grech kompla jikkonferma r-rebus li qamlu fost id-Deputati tiegħu dwar l-ismijiet li ressaq u żvelawomlu mal-midja biex ikunu n-nominati tiegħu għal President tar-Repubblika.
Evidentament skomdu, kien kostrett jgħid li d-diskussjoni hi aktar minn dawk il-persuni wara li qamulu l-irwiefen fil-Grupp Parlamentari tiegħu.
BERNARD GRECH
KAP NAZZJONALISTA
“Però huma tliet persuni li ssemmgħu, kif semmejt inti mill-gazzetti. Bla dubju d-diskussjoni se tibqa’ għaddejja.”
Fis-Siġġiewi, il-Kap tal-Oppożizzjoni kien qed jiġi intervistat u man-nofs siegħa ħin, staqsa hux bil-lest.
BERNARD GRECH
“Bil-lest aħna?”

Опубликовано:

 

20 янв 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 1   
@mariojspiteri
@mariojspiteri 5 месяцев назад
Alla hares qatt nergghu nigu taht it-tmexxija taghhom! Alla jilliberana minnhom!!!!
Далее
L-AVUKAT TA’ GRECH JIGDEB DWAR FRANCO DEBONO
2:38
Просмотров 1,4 тыс.
Only you are left😭I beg you to do this🙏❓
00:19
Luiza Rasulova #luizarasulova
00:37
Просмотров 1,3 млн
Franco Debono Traditur !
3:15
Просмотров 35 тыс.
ORDNATA PROTEZZJONI LIL FEARNE
2:15
Просмотров 75
Franco Debono x'kellu x'jghidlu lil Adrian Delia?
24:38
FEARNE U SCICLUNA MA NAQSU MKIEN
2:03
Просмотров 1,5 тыс.