Тёмный
No video :(

IL-PAPA MILL-ĠDID FIL-GŻIRA GĦAWDXIJA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 1,4 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT •
Mijiet ta’ Għawdxin ħarġu bi ħġarhom sabiex jagħtu merħba mill-isbaħ lill-Papa Franġisku fil-gżira Għawdxija.
It-toroq ewlenin f’Għawdex u l-Pjazza ta’ quddiem is-Santwarju Ta’ Pinu inbidlu f’baħar ta’ nies ixejru l-bandiera tal-Vatikan u dwiet l-għajta Viva l-Papa, Viva Franġisku.
Għawdex ukoll kien imżejjen biex ta merħba xierqa lill-Papa Franġisku, fejn mal-mument li rifes l-art Għawdxija nstema’ d-daqq ferrieħi mill-qniepen tal-kampnari f’Għawdex.
Mal-wasla tiegħu, is-Suċċessur ta’ Pietru, f’mument profond, talab fis-skiet quddiem ix-xbieha devota li minnha l-Verġni Mbierka sejħet lill-Karmni Grima fl-1883 u kif talbitna nagħmlu, bħalna l-Papa wkoll talab tliet Avemarijiet f’ġieħ it-tlett ijiem li ġisem Marija dam fil-qabar qabel telgħet is-sema’.
Dan kien mument li ra skiet kbir f’dawn l-inħawi hekk kif kulħadd ingħaqad f’katina waħda mal-Qdusija Tiegħu sabiex b’mod partikolari jitlob għall-paċi fid-dinja.
Il-Papa Franġisku għandu għożża kbira għas-santwarji, li hu jsejjaħ kliniċi, u fejn jgħid li hemm tħabbat il-qalb u l-fidi sempliċi tal-poplu qaddis u fidil ta’ Alla.
Il-Papa Franġisku ġie milqugħ ukoll minn bosta persuni b’diżabilità u anke anzjani minn residenzi differenti f’Għawdex.
Il-Papa ltaqa’ mill-qrib ma’ nies fis-Santwarju u saħansitra tifel ġietu l-opportunità li jbus is-salib tal-Papa, bil-Papa jħalli lil dan it-tifel u jilqgħu fi ħdanu. Shot tat-tifel ibus is-salib
Wara, l-Isqof ta’ Ruma propju ħareġ fuq it-tribuna armata apposta quddiem is-santwajru Ta’ Pinu għal-laqgħa ta’ Talb mal-poplu u anke għamel l-ewwel omelija tiegħu f’din iż-żjara ta’ jumejn f’pajjiżna.
Fl-omelija bil-lingwa Taljana, il-Papa qal kif is-Santwarju Ta’ Pinu huwa post mirakoluż fejn fih in-nies joffru s-sagrifiċċji tagħhom anke sabiex ikollhom ħajja ġdida.
Hawnhekk huwa semma wkoll kif illum huwa l-anniversarju mill-mewt ta’ Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni, li wkoll kien devot ferm tal-Madonna Ta’ Pinu.
Il-Papa Franġisku saħaq kif il-Knisja f’Malta għandha storja ferm b’saħħitha u talab sabiex il-poplu Malti u Għawdxi ma jħarisx lejn dan bħala xi ħaġa tal-passat iżda xi ħaġa li tibni l-futur.
PAPA FRANĠISKU
“Vorrei dire un grazie speciale a loro: ai numerosi missionari maltesi che diffondono nel mondo intero la gioia del Vangelo, ai tanti sacerdoti, alle religiose e ai religiosi e a tutti voi. Come ha detto il vostro vescovo, Mons. Teuma, siete un’isola piccola, ma dal cuore grande. Siete un tesoro nella Chiesa e per la Chiesa.”
Filwaqt li qara versi mill-atti tal-appostli, Papa Franġisku ma naqasx li jsemmi l-ġrajja ta’ San Pawl f’pajjiżna u jgħid li l-Għawdxin u l-Maltin għandhom qalb tajba.
F’messaġġ li wassal l-Isqof t’Għawdex Monsinjur Anton Teuma qal li Għawdex hija gżira żgħira iżda b’qalb kbira.
MONS. ANTON TEUMA
ISQOF T’GĦAWDEX
“Un’isola piccola ma grande in cuore. Benvenuto a casa nostra e di nostra madre, questo Santuario, il Santuario della Madonna Ta’ Pinu. In torno a lei stasera c’è una rappresentanza di questa chiesa locale è una chiesa chiara dici salde della storia, ci sono bambini, ragazzi, giovani. Ci sono le famiglie, tante di loro impegniate nella pastorale e membri di gruppi l’ associazione ecclesiali.”

Опубликовано:

 

6 сен 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
Will A Guitar Boat Hold My Weight?
00:20
Просмотров 19 млн
لدي بط عالق في أذني😰🐤👂
00:17
Просмотров 4,6 млн
Lejl ta' ħidma fiċ-Ċirkewwa.
2:39
Просмотров 6 тыс.
IL-FORTI MANOEL FL-AĦJAR STAT TIEGĦU
2:45
Просмотров 1,6 тыс.
ĦAL QORMI JSELLEM LIS-SINDKU MAĦBUB
2:23
Просмотров 6 тыс.
IS-SUQ TAL-BELT KIF QATT MA RAJTU.
2:46
Просмотров 5 тыс.