Тёмный

IWIEĠBU MHUX ĦATJA DWAR AKKUŻI F’TAL-VITALS 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 877
50% 1

ONE.COM.MT • Se nsegwu issa l-aħħar aġġornamenti mill-Qorti b’rabta mal-imputati mixlijin b’akkużi xprunati mill-inkjesta tal-Vitals. Fosthom Shaukat Ali Chaudry u anke Wasay Attaoul Bhatti, li lkoll wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.
KITBA: SAMUEL LUCAS
FILMAT: ARKIVJI
Shaukat Ali Chaudry, flimkien ma’ martu Asia Parveen Shaukat u numru ta’ kumpaniji, wieġbu mhux ħatja b’rabta ma’ akkużi kriminali xprunati mill-inkjesta tal-Vitals.
Shaukat Ali, deher quddiem il-Qorti l-Erbgħa filgħodu hekk kif tressaq b’ċitazzjoni. Fost l-akkużi, li qed ikun mixli bihom, hemm dawk ta’ ħasil ta’ flus, misapproprijazzjoni, promozzjoni u parteċipazzjoni attiva f’organizzazzjoni kriminali u korruzzjoni.
Miegħu kienu akkużati numru ta’ kumpaniji rreġistrati f’ġurisdizzjonijiet varji, inkluż f’Dubaj u fit-Tuneżija, li madankollu ma ġewx notifikati.
Sadanittant, fl-istess seduta, il-Prosekutur Rebekah Spiteri talbet biex ikun hemm emendi fl-akkużi, flimkien ma’ separazzjoni tal-proċeduri. Id-Difiża m’oġġezzjonatx għal dan u t-talba ntlaqgħet mill-Qorti, hekk kif irrimarkat li l-bidliet ma jaffettwawx il-merti tal-akkużi.
Il-Prosekuzzjoni talbet ukoll numru ta’ ordnijiet ta’ ħtif u ffriżar tal-assi, l-ewwel waħda fil-konfront ta’ Shaukat Ali Chaudry għas-somma ta’ €30 miljun.
Intalbu wkoll ordnijiet ta’ ffriżar tal-assi fil-konfront ta’ VGH Europe Ag, Mount Everest Investments Limited, STE Health Co, D Global Assets Holdings Limited, Mount Everest FZ LLC u Mount Everest General Trading LLC.
Uħud minn dawn l-ordnijiet, fosthom dawk fil-konfront ta’ Shaukat Ali, intlaqgħu mill-Qorti.
Fuq il-pedana tax-xhieda, deher l-Ispettur tal-FCID, Wayne Rodney Borg, li spjega li hu kien assenjat biex jassisti lill-Maġistrat Gabriella Vella fl-inkjesta tal-Vitals, fosthom billi jtella’ n-nies msejħin biex jixhdu fl-inkjesta.
Proprju t-Tlieta, il-Qorti ordnat li iben Shaukat Ali Chaudry jista’ jgħaddi ġuri wara li kien hemm biżżejjed evidenza kontrih.
F’aktar proċeduri, wieġeb mhux ħati wkoll Wasay Attaoul Bhatti, Avukat ibbażat fl-Iżvizzera. Hu kien qed jirrappreżenta kemm lilu nnifsu kif ukoll il-kumpaniji Accutor AG u Spring Healthcare Services AG.

Опубликовано:

 

2 июл 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
TISSOKTA X-XHIEDA FIL-KAWŻA TAL-VITALS
3:49
IL-GIDEB U L-ATTAKKI TAL-PN FUQ FEARNE
3:33
Просмотров 1,7 тыс.
GRUPP TAL-BOLT JOĦORĠU FUQ STRAJK
2:45
Просмотров 328
Episodju 137 ma' Anthony Abela Medici
2:40:32
Просмотров 18 тыс.
COMPLOT?!: Werd de maanlanding in scène gezet?
14:42
KATEGORIKU FUQ IL-PROTESTA TAL-COURIERS
2:50