Тёмный

JINŻAMM ARRESTAT WARA LI ALLEGATAMENT WEĠĠA’ PULIZIJA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 810
50% 1

ONE.COM.MT Ser ngħaddu issa għal ġabra ta’ aħbarijiet mill-awli tal-Qorti.
KITBA: STEFAN BAJADA
FILMAT: ARKIVJI
Mario Baldacchino ta’ 51 sena minn Ħal Qormi baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li ħebb u weġġa’ uffiċjal tal-pulizija.
Il-każ seħħ nhar il-Ħadd għal xi t-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar, meta l-Pulizija kienet qed tinvestiga rapport fi Triq il-Kus, Ħal Qormi.
F’dan il-ħin żewġ pulizija tad-Distrett ta’ Ħal Qormi marru fuq il-post sabiex ikellmu lill-akkużat rigward rapport ta’ aggressjoni u theddid fil-konfront ta’ persuna oħra.
Intqal li waqt li kienu qegħdin ikellmuh, ir-raġel kien aggressiv fl-atteġjament tiegħu, filwaqt li beda ukoll jonqos li jobdi l-ordnijiet tal-Pulizija.
Kien għalhekk li ġie infurmat li se jiġi arrestat, iżda f’dan il-mument r-raġel ipprova jaħrab u ħebb għall-pulizija, bil-konsegwenza li wieħed mill-pulizija weġġa’, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
AKKUŻAT LI SERAQ IL-ĠOJJELLI TA’ OĦTU
Redeemer Cauchi ta’ 24 sena mill-Marsa nħeles mill-arrest wara li ġie mixli li seraq il-ġojjelli ta’ oħtu.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkuża ta’ serq aggravat.
Fil-Qorti ntqal li kienet oħtu li għamlet rapport mal-Pulizija wara li sabet il-ġojjelli nieqsa.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, liema talba sabet l-oġġeżżjoni tal-prosekuzzjoni hekk kif l-akkużat għadu jgħix mal-vittma.
Intqal ukoll li r-raġel għandu problema tad-droga.
Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ erba’ mitt ewro u garanzija personali ta’ tlett elef ewro.
TALBA URĠENTI BIEX L-AMERIKAN JERĠA’ JIĠI ARRESTAT
L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ressaq talba urġenti sabiex l-Amerikan li qed jixli mixli li ffroda ħamsin miljun dollaru lill-Gvern Amerikan, jerġa’ jiġi arrestat.
Din it-talba kontra Frank Salvatore Rafaraci ta’ tmienja u sittin sena ser tinstema’ l-Erbgħa fil-Qorti quddiem l-Imħallef Aaron Bugeja.

Опубликовано:

 

27 сен 2021

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
IR-REAZZJONI TAL-PM WARA D-DEĊIŻJONI TAL-QORTI
3:26
Новые iPhone 16 и 16 Pro Max
00:42
Просмотров 844 тыс.
Что не так с воздухом в Корее?
00:45
The Finnish Language
9:57
Просмотров 2,1 млн
Sean Connery - Best Interview Ever
15:52
Просмотров 1,4 млн
Nikki Lauda meets Marlene-Rush (2013)
7:17
Просмотров 2,9 млн
Новые iPhone 16 и 16 Pro Max
00:42
Просмотров 844 тыс.