Тёмный

LEJLET L-GĦID...IL-VARI LURA FL-IMĦAŻEN GĦAS-SENA D-DIEĦLA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 1,6 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Nagħtu ħarsa lejn l-attività fil-knejjes bħal-lum f’Sibt il-Għid, u xi jsir mill-armar u l-Vari tal-Ġimgħa l-Kbira qabel l-akbar festa tal-Knisja Kattolika.
KITBA: ANTON FALZON
FILMAT: JOSEPH MIFSUD
Malli tibda dieħla l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira lura, numru kbir ta’ voluntiera jkun diġà qed iħejju biex jibdew jarmaw il-knejjes għall-akbar ġrajja tal-Knisja Kattolika, il-Qawmien mill-Mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.
F’Sibt il-Għid, ONE News żar il-Knisja ddedikata lil Santa Marija ta’ Ġesù, jew kif inhi magħrufa bħala Ta’ Ġieżu fir-Rabat, fejn ħafna voluntiera kienu għaddejjin b’ħidma sfieqa biex kollox ikun f’postu u armat għaċ-ċelebrazzjoni tal-Għid.
Iltqajna mal-Gwardjan tal-Patrijiet Franġiskani, Patri Martin Coleiro li tlabnieh jgħidilna x’jinkludi l-armar fil-knisja għall-Festa tal-Irxoxt.
PATRI MARTIN COLEIRO
GWARDJAN TAL-PATRIJIET FRANĠISKANI
“Sempliċi ħafna, l-festa tal-Għid tiġi fir-Rebbiegħa, hekk ippjanaha Alla, biex joħroġ is-sabiħ tar-Rebħa fuq ix-xitan. Mela aħna fil-Knisja rridu nibagħtu dan is-sinjal irridu npoġġu dak kollu li huwa ġmiel, naqilbu il-Ġimgħa l-Kbira għal dawn is-sinjali li juru l-ġmiel, din ir-Rebħa ta’ Alla, b’rispett anki lejn in-nies li ħa jiġu fil-Knisja għaċ-Celebrazzjoni.”
Mill-Knisja ta’ Ġieżu, għamilna kif qalilna l-Patri Gwadjan u erħejnielha lejn il-Maħżen tal-Kummissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tal-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina, fejn sibna għaddejja ħidma kbira oħra sabiex l-armar u l-vari tal-Ġimgħa l-Kbira jitgħattew b’lożor maħduma apposta minħabba t-trabijiet u jintrefgħu f’post sigur għas-sena d-dieħla.
Il-vari tal-Ġimgħa l-Kbira tar-Rabat, li jmorru lura sas-seklu sbatax, jinżammu fin-niċeċ fis-Santwarju ta’ Ġużepp, filwaqt li l-vari li saru f’dawn l-aħħar snin, jinżammu f’maħżen ftit ’il fuq mill-Knisja.
Minħabba t-toqol tiegħu, it-tronku, li tar-Rabat, huwa l-uniku f’Malta, kien diġà tpoġġu f’postu. Fil-maħżen stajna nilmħu l-pilandri ta’ bi ħdax, ix-xemx, is-simboli rumani, il-fanali u l-ajkla. Il-monument ta’ Ġesù Mejjet kien jonqsu biss li jitgħatta fost xogħol ieħor.
Jeremy Debono li huwa l-Moderatur fi ħdan il-Kummissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, saħaq kemm huwa importanti s-sehem tal-voluntiera fil-parroċċa.
JEREMY DEBONO
KUMMISSJONI ĠIMGĦA L-KBIRA SAN ĠUŻEPP RABAT
“Mingħajr volontarjat ma nagħmlu xejn hawnhekk. Hawnhekk nibdew f’Marzu, u narmaw għal San Ġużepp. Nerġgħu narmaw kollox għall-Ġimgħa l-Kbira u l-bieraħ kif tibda dieħla l-purċissjoni nerġgħu inżarmaw kollox, biex inlestu għall-Għid. Kieku ma jkunux numru kbir ta’ voluntiera ma nistgħu nagħmlu xejn.”
Bil-vari u l-armar tal-Gimgħa l-Kbira lura f’posthom, l-istennija issa, tkun waħda kbira. Fl-Għid il-Kbir niċċelebraw l-ikbar festa tal-Knisja Kattolika, li titgawda mhux biss bl-istatwa trijonfali tal-Irxoxt iżda wkoll permezz taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi marbuta ma’ din il-festa.
PATRI MARTIN COLEIRO
GWARDJAN TAL-PATRIJIET FRANĠISKANI
“Tħares madwarna għandek il-Figura ta’ Kristu Rebbieħ, għandek il-fjuri, dak li nsibu fir-rebbiegħa, għandek id-dwal, ix-xemgħa, dak kollu li lill-bniedem se jferrħu mhux tant minn barra, iferrħu minn ġewwa. Aħna dejjem hekk nippjanaw.”

Опубликовано:

 

7 апр 2023

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
Armar tal-Fjuri - Gimgha l-Kbira 2018
3:19
We will see who will do it better 😂
00:14
Просмотров 3,8 млн
شربت كل الماء؟ 🤣
00:31
Просмотров 17 млн
“QALB TAJBA” - ĦBIEB DWAR MIRABELLE FALZON
1:39
Просмотров 3,1 тыс.
IL-BEGIGGA TAL-BIRGU B’DIFFERENZA
1:40
Просмотров 1,9 тыс.
KAXXA TAL-INJAM TIKXEF ID-DETTALJI DWAR IR-REDENTUR
2:34
FR COLIN APAP F’50 SENA SAĊERDOZJU
4:44
We will see who will do it better 😂
00:14
Просмотров 3,8 млн