Тёмный

TAĦLITA TA’ MUŻIKA ŻURRIQIJA GĦALL-KARITÀ 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 111
50% 1

ONE.COM.MT • Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-mija u sittin anniversarju mit-twaqqif tagħha, is-Soċjetà Mużikali Santa Katarina taż-Żurrieq se ttella’ kunċert b’xejn, b’kollaborazzjoni ma’ DJ Tenishia u l-band Red Electric.
Dan il-kunċert b’differenza, fejn il-ħoss tal-banda tradizzjonali Maltija jitħallat mal-mużika kontemporanja, għandu wkoll l-għan li jippromwovi d-divertiment sajfi f’pajjiżna lil hinn minn xtutna, waqt li se jinġabru fondi b’riżq l-NGO Smiling with Jerome.
KITBA: ANDREW SPITERI
FILMAT: MHAL
Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-mija u sittin anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetà Mużikali Santa Katerina taż-Żurrieq, se jittella’ kunċert bl-isem ‘Chasing Sunsets Anthem Orchestra’, b’kollaborazzjoni bejn il-banda tal-istess soċjetà flimkien ma’ DJ Tenishia u l-grupp lokali Red Electric.
Il-kunċert, li se jara l-ħoss tradizzjonali tal-banda jitwaħħad mal-mużika kontemporanja, għandu l-għan li jagħti divertiment sajfi f’pajjiżna b’differenza, waqt li jkun karitattiv ukoll. Fil-fatt, għalkemm il-kunċert se jkun b’xejn, se jinġabru fondi b’riżq l-organizzazzjoni mhux governattiva Smiling With Jerome.
‘Chasing Sunsets’ se jittella’ quddiem il-Knisja Arċipretali tal-lokal fi Triq Pietru Pawl Saydon nhar il-Ġimgħa 23 t’Awwissu mit-tmienja ta’ filgħaxija ’l quddiem, fejn il-Banda Santa Katerina se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Josef Grech.
Il-President tas-Soċjetà Mużikali Santa Katerina, Josef Cachia, ta ħarsa ġenerali lejn x’wieħed jista’ jistenna minn dan l-avveniment, li wkoll jirrifletti d-determinazzjoni u l-ħidma ddedikata tal-membri tas-soċjetà.
JOSEF CACHIA
PRESIDENT, SOĊJETÀ MUŻIKALI SANTA KATERINA
“Proprju din is-sena biex infakkru iċ-ċelebrazzjonijiet tal-160 sena mit-twaqqif tas-soċjetà, xtaqna nżommu lill-Banda Santa Katerina fiċ-ċentru ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet, u b’hekk nibtet din l-idea li norganizzaw kunċert fuq skala naqra akbar minn dak li mdorrijin is-soltu naraw fil-festi. Fil-fatt dan il-kunċert se jkun qed jgħaqqad mużiċisti tal-korda flimkien ma’ DJ Tenishia, li fit-23 t’Awwissu se nkunu qed norganizzaw fiż-Żurrieq proprju fil-qalba tar-raħal quddiem il-Knisja Arċipretali.”
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici, faħħar lis-soċjetà mużikali għall-ħsieb innovattiv u għall-organizzazzjoni ta’ avveniment li se jappoġġja NGO oħra li toffri benefiċċju kbir għall-komunità.
OWEN BONNICI
MINISTRU
“Aħna bħala Ministeru nissapportjaw dawn l-attivitajiet, għax mhux biss isaħħu t-tessut u l-ekoloġija kulturali fir-raħal innifsu, imma anke jagħtu opportunità lil dawn il-mużiċisti bravi li jsaħħu fuq il-kuntatti tiegħu u anke l-esperjenzi kulturali li jgħaddu minnhom.”
Min-naħa tiegħu, id-DJ popolari Tenishia spjega li l-kunċett ta’ ‘Chasing Sunsets’ hu mezz ideali kif tiġi rreklamata Malta fix-xena internazzjonali.
DJ TENISHIA
CHASING SUNSETS ANTHEM ORCHESTRA
“Verżjoni differenti ta’ ‘Chasing Sunsets’ li llum il-ġurnata hi brand internazzjonali b’ħafna segwaċi, fejn tidher anke fuq it-televiżjoni barra, u nwasslu mhux biss issa prodott Malti, imma tradizzjoni, kultura. U ma naħsibx li nistgħu nkunu aktar Malta minn hekk. It’s a very good fushion li nqabblu l-mużika elettronika ma’ xi ħaġa tradizzjonalment Maltija, il-banda, u noħolqu kunċert bħal dan, so I am very very looking forward to it.”
Tania Camilleri mill-NGO Smiling with Jerome esprimiet il-gratitudni tagħha lejn is-soċjetà talli għażlet li tgħinhom u b’hekk ikunu jistgħu jkomplu jagħmlu aktar ġid fil-komunità.

Опубликовано:

 

2 июл 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
FEARNE U SCICLUNA MA NAQSU MKIEN
2:03
Просмотров 1,4 тыс.
X'Sar Minnhom - l-Iskola Abram Gatt
12:06
Просмотров 2,4 тыс.
Biex tghaduna fadalkhom zmien
3:11
Просмотров 2,1 тыс.
KATEGORIKU FUQ IL-PROTESTA TAL-COURIERS
2:50
Mużika Mużika 2022 - Enzo Gusman Tribute
6:49
Просмотров 46 тыс.
GRUPP TAL-BOLT JOĦORĠU FUQ STRAJK
2:45
Просмотров 295