Тёмный

130 GWARDJAN INGĦALQU FIL-ĦABS BĦALA PREKAWZJONI 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 7 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Mil-lum bdew jgħixu fil-ħabs mija u tletin gwardjan.
It-tmexija tal-ħabs ħadet din id-deċiżjoni bħala prekawzjoni bil-għan li l-Coronavirus ma tidħolx fil-ħabs u tiġi mħarsa mhux biss saħħet il-ħaddiema f’Kordin iżda anki saħħet il-priġunieri.
Dan l-istazzjon sebaħ mal-gwardjani huma u deħlin għal ġimgħa ħidma.
KITBA NICOLE BUTTIGIEG
FILMATI CHRIST BORG
Mija u tletin uffiċjal tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi ingħalqu wara l-kanċell tal-ħabs u se jgħixu mal-priġunieri għall-ġimgħa.
Fis-sitta ta’ filgħodu sbaħna quddiem il-ħabs, hemmhekk sibna l-uffiċjali lesti bil-bagalja magħhom għal ġimgħa xogħol.
Bħala mezz ta’ prekawzjoni u biex jiġi evitat li l-Coronavirus Jidħol fil-ħabs, it-tmexxija tal-ħabs qasmet lill-gwardjani f’żewġ xiftijiet. B’xift minnhom beda bil-ħidma tiegħu l-Erbgħa kmieni filgħodu.
Qabel daħlu fil-bini tal-ħabs itteħditilhom it-temperatura ta’ ġisimhom u anki tnaddfu ż-żraben.
Tkellimna mal-Logutenent Maria Vassallo u l-Logutenent Carmelo Bonnici, tnejn mill-uffiċjali li telqu lil familthom f’dan iż-żmien diffiċli għall-qadi ta’ dmirijithom.
MARIA VASSALLO
LOGUTENENT
Iebsa ħallejna l-familja warajna imma l-pajjiż għandu bżonna.
CARMELO BONNICI
LOGUTENENT
Illum tlaqna l-familja. Nixtieq ngħid lin-nies aħna ġejna hawnhekk u issa intom oqgħodu d-dar.
Ingħalqu fil-ħabs ukoll ħaddiema li jagħmlu xogħol klerikali u professjonisti bħal tobba, infermiera u psikologi.
Fil-ħabs se jitħallew jidħlu biss dawk li jipprovdu l-ikel u l-mediċina.
Randolph Spiteri, Kap tal-amministrazzjoni u l-operat fil-ħabs spjega kif se tkun il-ħajja fil-ħabs għal dawn il-ħaddiema.
RANDOLPH SPITERI
KAP TAL-AMMINISTRAZZJONI FIL-ĦABS
Il-preparament xiri ta’ ikel għal ħaddiema u priġunieri. Għamilna sodod għal ħaddiema biex naraw li ħadd ma jonqsu xejn.
Id-Direttur tal-ħabs il-Kurunell Alexander Dalli saħaq fuq il-ħarsien tas-saħħa ta’ tmien mitt priġunier.
ALEXANDER DALLI
DIRETTUR TAL-ĦABS
Ħassejna li issa huwa l-waqt li nidħlu hawn ġew u ninqasmu f’zewġ gruppi. Għandi nofs in-nies hanw gew u nofs l-iehor d-dar b’ordni li ma joħorġux.
Saħaq li anki hu bħala direttur tal-faċilità korrettiva ta’ Kordin jeħtieġ li jkun mal-gwardjani.
ALEXANDER DALLI
DIRETTUR TAL-ĦABS
Jien m ghandi xejn speċjali. Jien hawnhekk se nkun mill-bidu sal-aħħar.

Опубликовано:

 

7 апр 2020

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 5   
@evelynmifsud1125
@evelynmifsud1125 4 года назад
Ma tista qatt , u lanqas kliem ta hajr ma hu bizzejjed, min qalbi, u ghan nom ta, in nies ta rieda tajjba , nirrigrazja, li dawn in nies. Il Mulej jassistikom.
@DesmondScifo
@DesmondScifo 4 года назад
thankyou for the work you are doing, thanks goes to your families, that are also doing this with you, these are hard times, and you are proving that you are hard and good at your profession, when the going gets though, the though get going, big big and bigger thanks to all of you and your families. stay safe
@anon3308
@anon3308 4 года назад
• Today, one hundred and thirty guards have begun to live in prison. The prison administration took this decision as a precaution with a view not to imprison Coronavirus and protect not only the workers in Kordin but also the prisoners. This wonderful station with the guards in and out for a week's work. NICOLE BUTTIGIEG BOOK MOVIES CHRIST BORG Thirty-one officers of the Correctional Services Agency have been closed following the prison gate and will be living with the prisoners for the week. At six o'clock in the morning we were in front of the prison, there we found the officers ready with their luggage for a week's work. As a precautionary measure and to prevent Coronavirus from entering the prison, the prison leadership split the guards into two shifts. Shifting them started with his work early Wednesday morning. Prior to entering the prison building, their body temperature was taken and even shoes were cleaned. We spoke with Lieutenant Maria Vassallo and Lieutenant Carmelo Bonnici, two of the officers who left their families during this difficult time to perform their duties.
@jonnysacks698
@jonnysacks698 4 года назад
Ajma Carmelo bonnici. Dak maggur. Min jaf kemm sar hanky panky e
@louisemagro7139
@louisemagro7139 3 года назад
???
Далее
FEARNE U SCICLUNA MA NAQSU MKIEN
2:03
Просмотров 1,4 тыс.
KATEGORIKU FUQ IL-PROTESTA TAL-COURIERS
2:50
St George's Basilica LIVE
Просмотров 11
GRUPP TAL-BOLT JOĦORĠU FUQ STRAJK
2:45
Просмотров 328
L-UŻU TAS-SEATBELT 62 SENA WARA
2:03
Просмотров 18