Тёмный

GIANNELLA DE MARCO TIKXEF IL-MOTTIVI TAL-PN FIL-PARLAMENT 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 13 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • L-Avukat Giannella de Marco xeħtet dawl fuq kif id-Deputati tal-Partit Nazzjonalista fil-Kumitat Parlamentari tal-Kontijiet Pubbliċi, kienu qed jimminaw id-drittijiet tal-persuni li qed jidhru quddiemu.
Fil-fatt, wara li għal darb‘oħra Karol Aquilina u de Marco daħlu f’battibekk bejniethom, de Marco tat struzzjonijiet lill-klijent tagħha sabiex ma jweġibx mistoqsijiet b’mottivi politiċi warajhom.
KITBA: SAMUEL LUCAS
FILMAT: PARLAMENT / D. PARNIS / ARKIVJI
Waqt laqgħa tal-kumitat parlamentari għall-kontijiet pubbliċi tal-Erbgħa waranofsinhar, li fiha għal darb’oħra kien qed jiġi diskuss il-kuntratt tal-Electrogas, komplew joħorġu biċ-ċar il-mottivi politiċi tad-Deputati Nazzjonalisti.
Waqt il-kumitat, li quddiemu kien qed jidher is-Sur Paul Apap Bologna, rappreżentat ukoll permezz tal-Avukat Giannella de Marco kompla jinxteħet dawl fuq l-atteġjament tad-Deputati Nazzjonalisti, partikolarment Karol Aquilina u Beppe Fenech Adami li ntqal li jiksru d-drittijiet ta’ min jidher quddiem il-kumitat.
Fil-fatt, waqt il-mistoqsijiet ta’ Karol Aquilina lil Apap Bologna, l-Avukat Giannella de Marco rrimarkatlu kif il-mistoqsijiet li kienu qed isiru lill-klijent tagħha ma kellhomx relevanza.
GIANNELLA DE MARCO
AVUKAT
1:19:44 - “Jien ma inhiex hawnhekk la biex indejqek u lanqas biex nimpressjonak. L-aħħar persuna li naħseb li ħa nimpressjona però jien qegħda hawn biex nara li d-drittijiet tal-klijenti tiegħi jiġu salvagwardjati.”
Għal dan Karol Aquilina, viżibbilment skomdu b’li qaltlu, pponta lejn l-Avukat de Marco u qallha li hu ma jitħallasx mill-kriminali.
Madankollu de Marco pront sostniet li d-dritt ta’ smigħ xieraq huwa dritt għal kulħadd.
GIANNELLA DE MARCO
AVUKAT
“Jekk is-Sur Aquilina ma jafx x’inhu avukat jien jiddispjaċini għalih.”
“Naħseb is-Sur Aquilina għandu jitgħallem x’inhuma d-drittijiet u jekk għalih id-drittijiet tal-individwu ma jeżistux, jekk għalih id-dritt tas-smigħ xieraq huwa xi ħaġa li jikkalpesta mela allura s-Sur Aquilina m’għandux post hawn ġew.”
Madankollu Karol Aquilina wieġeb hekk.
KAROL AQUILINA
DEPUTAT TAL-PN
“Ma tiddeċidix int min għandu post hawn ġew, jiddeċiedi l-poplu u inti mintiex il-poplu.”
Għal dan l-Avukat de Marco pronta wieġbet li l-atteġjament ta’ Karol Aquilina permezz tal-mistoqsijiet irrelevanti li beda jsaqsi, kienu qed imorru kontra dak li qalet il-Qorti.
GIANNELLA DE MARCO
AVUKAT
“Jien ma hiniex hawnhekk biex niġi eletta minn ħadd. Issa jekk inti qiegħed tagħmel dak li propju l-Qorti qaltlek li ma tistax tagħmel li huma politically loaded and biased comments, mela allura kompli għamel hekk! Kompli irfes id-drittjiet tan-nies.”
B’reazzjoni għall-atteġjament ta’ Aquilina, l-Avukat de Marco tat il-parir lill-klijent tagħha ma jirrispondix il-mistoqsijiet ta’ Karol Aquilina magħmula biex jiggwadanja kapital politiku.
GIANNELLA DE MARCO
AVUKAT
“Missek tistħi tagħmel hekk. Tirrispondi xejn. Isaqsik x’isaqsk Dr. Aquilina qed nagħtik jien id-direzzjoni u l-parir biex ma tirrispondix għax dawn ma humiex domandi magħmula biex verament isir jaf. Dawn huma domandi biex jagħmel vantaġġ politku tiegħu u jien ma se nħalli lil ħadd vantaġġ politku għall-ispejjeż tiegħek.”

Опубликовано:

 

15 июн 2021

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 22   
@garygenetix
@garygenetix 3 года назад
Prosit Dr DeMarco.Dejjem emmint li int laqwa avvukat li ghandna Malta u issa ikkonfermat.Barra li inti tajba hafna fil kamp ta fejn tidhol il ligi urejt ukoll li taf hafna xihnu dritt umanitarju u urejt li ghandek qalb kbira u tajba.Barra minn hekk li lebda ziffa rih ma dawrek lhemm jew lhawn.Prosit Dr Jannella,nawguralek ghal kull succes li ghamilt u li ghat trid taghmel.Nixtieq hafna li kieku inti tinsab fil posizjonjiet li jmexxu da tip ta nies,miz zewg nahat.ghax nemmen li taghmel hafna iktar gid lil pajjiz u lil poplu.Grazzi.
@oliverbonello4134
@oliverbonello4134 Год назад
Proset 💯 fully loaded
@garygenetix
@garygenetix 3 года назад
Jekk Dr Aqualina veru jahsibha kif tkellem messu qatt ma hadem b avukat hu nifsu.Ghaliex min jiprova jaqleB pulizija min fuq il mutur waqt li qed jati is servizz tijaw,ma nafx xjisejah.Mela lavukati li hadmu lijlu min ghand min jithalsu mela?
@raymondcalleja2818
@raymondcalleja2818 3 года назад
Ma nafx x'inhu l-kaz, izda Gianellla ghandha ragun!
@fmaltathebest3761
@fmaltathebest3761 3 года назад
Ma tafx xinu l kaz u anda ragun😂😂
@noelmangion2157
@noelmangion2157 3 года назад
X 4 briganti hemmmmm,,,, brava dr gianella demarco
@lorrainezammit1353
@lorrainezammit1353 3 года назад
Tkaxkira ohra ghandhom u ikbar
@carmelcamilleri6743
@carmelcamilleri6743 3 года назад
Go kastilja mhux 4 kien hemm u ghad imma ferm aktar.
@noelmangion2157
@noelmangion2157 3 года назад
@@carmelcamilleri6743 ghandkom aktar bil hana.intom tafx ghax fqajtuh partit bid dejn li qatt mu se jithalas ,fejn humma l fluss li serqu
@noelmangion2157
@noelmangion2157 3 года назад
Xi darba kien hawn partit nazista fil pajjiz imma ghal grazja talla miet.
@lorrainezammit1353
@lorrainezammit1353 3 года назад
@@carmelcamilleri6743 mela insejt x ghadkom tal partit taghkom jekk tista ghadek isejahlu partit ghac spicca sparicxa
@josefbriffa5346
@josefbriffa5346 3 года назад
Jekk is-SUR Aquilina...........
@cliftoncamilleri6161
@cliftoncamilleri6161 3 года назад
Brava Giannellla proset x manjiri ghandu..
@carmelcamilleri6743
@carmelcamilleri6743 3 года назад
issa saret brava Giannella, gbajtu tghajruha
@angelobartolo8344
@angelobartolo8344 Год назад
Gabitek zibel caroll u peppe
@sharone31
@sharone31 3 года назад
Kerol pastas 😡
@angelobartolo8344
@angelobartolo8344 Год назад
Int demmem caroll u gabitek mizbla u lil sihbek peppe
@carmelcamilleri6743
@carmelcamilleri6743 3 года назад
Missa lanqas qatt ma haditu dan il-kas f'idejh b'rispett lejn huha u missierha. Imma l-flus igennu lil lkullhadd.
@lorrainezammit1353
@lorrainezammit1353 3 года назад
Dilk ghax sinciera ghax taf li missira li partit li kien jaghmel sehem minnu ma kintx hekk
@lorrainezammit1353
@lorrainezammit1353 3 года назад
@spenderpt45 mela mhux kif ha jaghmlu lil buzulotti ghac munument tal banana ha jghmlulu hdrejn parlament
@noelmangion2157
@noelmangion2157 3 года назад
@spenderpt45 prosett jien niftakar dumink kien jistiden lil guido u mhux lil dak limgidem eddie
Далее
IL-PN JOĦROĠ ’IL BARRA MILL-PARLAMENT
3:20
Просмотров 1,7 тыс.
Кто то встречал их на улице?
00:59
FEARNE U SCICLUNA MA NAQSU MKIEN
2:03
Просмотров 1,6 тыс.
JUŻA LIL GIANNELLA F’ATTAKK FUQ GIGLIO
3:15
Просмотров 4,8 тыс.
FEARNE JITLOB IL-PROTEZZJONI TAS-SEDJA
1:29
Просмотров 1,2 тыс.
“Il-kbir għadu ġej” - Mark Camilleri
2:42
Просмотров 5 тыс.
GRUPP TAL-BOLT JOĦORĠU FUQ STRAJK
2:45
Просмотров 370
43 SENA MILL-QTIL POLITIKU TA’ KARIN GRECH
2:07
Просмотров 1,5 тыс.
Qrib De Marco u fil-Mażunerija.
1:38
Просмотров 1,1 тыс.