Тёмный

AKKUŻAT LI ĦEBB, GĦAJJAR, U WEĠĠA' ĦAFIF LIL ŻEWĠ PULIZIJA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 1,2 тыс.
50% 1

ONE.COM.MT • Ngħaddu issa għall-aħbarijiet mill-awli tal-Qorti fejn, fost l-oħrajn, dalgħodu tressaq il-Qorti r-raġel li lbieraħ beda jdur filmat tiegħu fuq il-midja soċjali jgħajjar u jħebb għal żewġ pulizija fuq tal-linja.
KITBA: SHANAYA FARRUGIA
FILMAT: ALEX BORG
John Oloko, ta’ 36 sena min-Niġerja, inżamm arrestat wara li ġie akkużat b’seba’ akkużi fosthom li ħebb, għajjar, u weġġa’ ħafif lil uffiċjali tal-pulizija.
Quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima l-Prosekuzzjoni, immexxija mill-ispettur Ryan Vella, spjegat li fil-ħdax ta’ April, għall-ħabta tan-nofs siegħa ta’ waranofsinhar, fi Triq it-Turisti, il-Qawra, il-Pulizija kellha tintervjeni wara li l-akkużat ma riedx iħallas il-flus biex jitla’ fuq tal-linja, u beda jiġġieled max-xufier.
Wara li l-pulizija rnexxielha tniżżel lill-akkużat minn fuq tal-linja, l-akkużat baqa’ jirreżisti u, b’konsegwenza ta’ hekk, ikkaġuna ġrieħi ħfief liż-żewġ uffiċjali tal-pulizija waqt l-arrest tiegħu.
L-akkużat wieġeb li mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, iżda I-Prosekuzzjoni oġġezzjonat mgnħabba l-gravità tal-każ.
Il-Qorti ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li l-akkużat m’għandux xogħol u lanqas għandu residenza fejn jgħix.
KONTROPROTEST DWAR ALLEGAT REATI
Princess Holdings, No Deposit Cars Malta Ltd u d-Diretturi tagħhom Christian Borg u Joseph Camenzuli, ressqu kontroprotest ġudizzjarju biex jiċħdu l-akkużi ta’ klijenti tagħhom, li talbu ’l-pulizija tinvestiga allegati reati kriminali kommessi mill-kumpaniji inkwistjoni.
L-allegati reati jinvolvu, fost l-oħrajn, frodi u ċitazzjonijiet foloz iżda fil-kontroprotest, iffirmat fosthom mill-avukat Giannella de Marco, intqal li l-akkużi mill-klijenti jonqsu minn dettalji preċiżi.
ŻAGĦŻUGĦ TA’ 15-IL SENA JAMMETTI LI SERAQ U SAQ MUTUR BLA LIĊENZJA
Żagħżugħ ta’ 15-il sena li joqgħod Bormla ammetta li seraq mutur u saqu mingħajr liċenzja tas-sewqan u polza tal-assigurazzjoni.
L-akkużat ammetta wkoll li hu riċediv.
Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-ispettur Kurt Farrugia, spjegat li l-mutur insteraq minn post u nstab f’post ieħor. L-ispettur qal ukoll li l-akkużat ikkopera bis-sħiħ mal-Pulizija.
Il-Prosekuzzjoni u d-Difiża talbu li ż-żagħżugħ għandu jingħata probation biex ikun jista’ jaqbad triq differenti milli diġà qabad.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima, qalet li s-sentenza se tingħata l-Ħamis filgħodu.
L-akkużat kien akkumpanjat minn ommu minħabba li għadu taħt l-età.
6 SNIN ĦABS TALLI SAWWAT ANZJAN B’ĦADIDA U SERAQLU €500
Kevin Ciaccatolo ta’ 47 sena weħel sitt snin ħabs wara li nstab ħati li sawwat anzjan ta’ 72 b’ħadida waqt serqa minn ħanut fl-Imsida.
L-akkużat ġie mixli li fl-2018 wettaq serqa minn ħanut, li żamm lis-sid kontra l-volontà tiegħu u weġġgħu gravi, li kellu arma fuqu, u li kiser sentenza tal-Qorti.
Il-Prosekuzzjoni kienet spjegat li s-sid ipprova jwaqqaf lill-akkużat imma dan tah daqqa ta’ ħadida u ħallieh mal-art, fuq il-bankina. Huwa ġie arrestat wara li l-pulizija ċċekkjat il-filmati tal-kameras tas-sgiurtà.
Filwaqt li l-Qorti sabitu ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, il-Maġistrat Farrugia ddeskriva dan ir-reat bħala wieħed li m’għandux jiġi ttollerat f’soċjetà ċivilizzata. Huwa insista li, meta jiġru każijiet bħal dawn, is-soċjetà tippretendi li tkun protetta mill-kriminali li jwettquhom.
Huwa qal li, avolja Cacciattolo għandu l-vizzju tad-droga, m’għamel xejn biex jipprova jegħleb il-vizzju.
Minbarra li kkundanna lil Cacciattolo għal 6 snin ħabs, il-Maġistrat Farrugia ordna wkoll il-konfiska tal-karozza li ntużat fis-serqa.

Опубликовано:

 

11 апр 2023

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии : 2   
@manuelcuschieri5853
@manuelcuschieri5853 Год назад
Ibatu lura ha nibqaw nilaqu nies
@alanalan2131
@alanalan2131 Год назад
Meta sa nitalmu???? Dawn iridu jintegraw Mana il maltin?? Inwadbu lura pajizom!!!!
Далее
Would you help?!😳
00:32
Просмотров 3,2 млн
43 SENA MILL-QTIL POLITIKU TA’ KARIN GRECH
2:07
Просмотров 1,5 тыс.
FEARNE U SCICLUNA MA NAQSU MKIEN
2:03
Просмотров 1,6 тыс.
GRUPP TAL-BOLT JOĦORĠU FUQ STRAJK
2:45
Просмотров 374
REBBIEĦ TAL-20 EDIZZJONI TA’ LIQUORISH
1:36
ORDNATA PROTEZZJONI LIL FEARNE
2:15
Просмотров 216
Would you help?!😳
00:32
Просмотров 3,2 млн