Тёмный

KLINIKA ĠDIDA TAL-KOMUNITÀ F’SAN ĠILJAN 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 180
50% 1

ONE.COM.MT • Fl-investimenti kontinwi fil-kura primarja, il-Gvern inawgura klinika ġdida fil-komunità, id-disgħa u għoxrin waħda f’pajjiżna, li flimkien qed jaqdu mal-mitt elf pazjent matul is-sena.
KITBA: JOSEF CARUANA
FILMAT: MHA
B’investiment ta’ erbgħin elf ewro, inkluż mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali, l-NDSF, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, Jo Etienne Abela, inawgura klinika ġdida fil-komunità ta’ San Ġiljan.
Din il-klinika, li nħolqot b’kollaborazzjoni mal-Kunsill u l-parroċċa ta’ San Ġiljan, se tkun qed toffri diversi servizzi lil aktar minn tlettax-il elf u ħames mitt resident fl-akwati.
Il-Ministru Abela spjega li n-numru ta’ kliniċi fil-komunità issa tela’ għal disgħa u għoxrin fejn jinqdew ’il fuq minn mitt elf pazjent matul is-sena, permezz ta’ programm ħolistiku bbażat fuq il-kura preventiva.
Il-Ministru qal ukoll li, minbarra kura ġenerali, is-servizzi tal-fiżjoterapija, podjatrija u patoloġija tal-lingwa mitkellma qed ikomplu jiġu introdotti fi kliniċi tal-komunità biex jaqdu aħjar il-ħtiġijiet tar-residenti.
Hu qal li, b’dan il-mudell, il-kura tas-saħħa primarja qed tkompli tpoġġi lill-pazjent fiċ-ċentru tagħha u l-Gvern determinat li jkompli jsaħħaħha biex tkun eqreb tal-pazjent.
JO ETIENNE ABELA
MINISTRU
“Il-kura tas-saħħa primarja hi pilastru tas-saħħa f’pajjiżna u aħna lesti li nkomplu ninvestu fiha. Din il-klinika ġdida f’San Ġiljan saret b’rinnovazzjoni ta’ ’l fuq minn €40,000. F’din il-klinika se jkollna s-servizzi ta’ tabib tal-familja, infermerija, podjatrija, fiżjoterapija kif ukoll speech and language therapy għall-adulti u t-tall.”

Опубликовано:

 

8 июл 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
IL-FORTI MANOEL FL-AĦJAR STAT TIEGĦU
2:45
Просмотров 1,5 тыс.
IL-PAPA MILL-ĠDID FIL-GŻIRA GĦAWDXIJA
3:53
Просмотров 1,3 тыс.
Smart Sigma Kid #funny #sigma #comedy
00:26
Просмотров 7 млн
Разбудили Любимой Песней 😂
00:14
НРАВИТСЯ ЭТОТ ФОРМАТ??
00:37
Просмотров 1,6 млн
Lejl ta' ħidma fiċ-Ċirkewwa.
2:39
Просмотров 5 тыс.
IS-SUQ TAL-BELT KIF QATT MA RAJTU.
2:46
Просмотров 5 тыс.
Diocese of Gozo Live Streaming
Просмотров 60
IVA, Flimkien Kollox Possibli
4:15
Просмотров 44 тыс.
KONTRA ŻONA GĦALL-MUDELLI TAL-AJRUPLANI
1:52
IMĦASSRA L-FESTA ESTERNA TA’ SANTU WISTIN
2:13
Просмотров 4,1 тыс.
Smart Sigma Kid #funny #sigma #comedy
00:26
Просмотров 7 млн