Тёмный

MALTA BI TKABBIR DOPPJU FIS-SERVIZZI 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 116
50% 1

ONE.COM.MT • Malta rreġistrat it-tieni l-akbar żieda annwali fl-industrija tas-servizzi mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Skont ċifri ppubblikati mill-uffiċċju tal-istatistika Ewropew, il-Eurostat, f’April li għadda pajjiżna kellu tkabbir f’dan ir-rigward li jlaħħaq id-doppju tar-rata medja li bih kibru tali servizzi fl-Unjoni Ewropea u ż-Żona Ewro meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.
Fil-fatt, waqt li Malta rreġistrat tkabbir ta’ għaxra punt wieħed fil-mija fl-industrija tas-servizzi, l-Unjoni Ewropea kellha tkabbir ta’ erbgħa punt tnejn fil-mija u ż-Żona Ewro erbgħa punt tmienja fil-mija.
TKABBIR INDUSTRIJA TAS-SERVIZZI
UNJONI EWROPEA: 4.2%
ŻONA EWRO: 4.8%
MALTA: 10.1%
Din l-industrija tiġbor fiha servizzi tat-trasport u l-ħażna, akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel, informazzjoni u komunikazzjoni, bejgħ jew kiri ta’ proprjetà, attivitajiet professjonali, xjentifiċi jew tekniċi, u dawk amministrattivi jew ta’ appoġġ.
L-akbar tkabbir kien irreġistrat mil-Lussemburgu b’erbatax punt tlieta fil-mija, waqt li, wara Malta, kien hemm il-Litwanja b’sebgħa punt sitta fil-mija.
L-akbar tnaqqis irreġistrat fl-aħħar sena kien fir-Rumanija, id-Danimarka u l-Ungerija, li, flok żiedu, naqqsu l-attività b’ħamsa punt tlieta fil-mija, ħamsa fil-mija u tlieta punt disgħa fil-mija rispettivament.
INDUSTRIJA TAS-SERVIZZI FL-UE
LUSSEMBURGU: +14.3%
MALTA: +10.1%
LITWANJA: 7.6%
-------------------
RUMANIJA: -5.3%
DANIMARKA: -5.0%
UNGERIJA: - 3.9%
Skont l-ewwel stimi tal-Eurostat, il-produzzjoni fil-qasam tas-servizzi f’April li għadda żdiedet b’wieħed punt wieħed fil-mija kemm fiż-Żona Ewro kif ukoll fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi meta mqabbel max-xahar ta’ qabel.

Опубликовано:

 

7 июл 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
ĦARSIEN XIERAQ TAL-ĦADDIEM FUQ IL-LANT
2:24
Smart Sigma Kid #funny #sigma #comedy
00:26
Просмотров 12 млн
IR-REAZZJONI TAL-PM WARA D-DEĊIŻJONI TAL-QORTI
3:26
Просмотров 1,2 тыс.
ORDNATA PROTEZZJONI LIL FEARNE
2:15
Просмотров 515
Kellymni: Episodju 32 - Brian Farrugia
53:51
Просмотров 3,7 тыс.
Smart Sigma Kid #funny #sigma #comedy
00:26
Просмотров 12 млн