Тёмный

PREPARAMENTI GĦALL-QUDDIESA TA’ SIBT IL-GĦID VIRTWALMENT 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 740
50% 1

ONE.COM.MT •
Saru l-preparamenti meħtieġa għall-quddiesa ta’ Sibt il-Għid mill-knisja parrokkjali ta’ Ħaż-Żebbuġ, fejn tliet każini tal-banda differenti ngħaqdu flimkien biex din tittella’ virtwalment.
Nsegwu.
PREPARAMENTI GĦALL-QUDDIESA TA’ SIBT IL-GĦID VIRTWALMENT
Sibt il-Għid - jum sinjifikanti għall-Insara kollha.
Hawnhekk One News żar il-knisja parrokkjali ta’ Haż-Żebbuġ, fejn minħabba l-pandemija kienu għaddejja preparamenti speċjali biex il-quddies ta’ filgħaxija ta’ Sibt il-Għid tittella’ b’mod virtwali.
Christmark Chircop, Rappreżentant tal-Kumitat tal-Informatika tal-Għaqda Każin Banda San Filep, spjega x-xogħol li kien jinvolvi dan kollu.
CHRISTMARK CHIRCOP
RAPPREŻENTANT TAL-BANDA SAN FILEP
“Biex inxandru nużaw żewġ cameras li huma ta’ kwalità pjuttost għolja, anke l-livell li qed nxandru bih huwa pjuttost għal fuq it-televiżjoni biex ngħidu hekk. Għandna żewġ cameras biex nġibu ix-xeni differenti mill-knisja fejn wieħed jista’ juri l-qassis u x-xeni oħra li jkunu għaddejjin u anke l-mod ta’ kif nagħmlu l-editing”
L-Arċipriet Daniel Cardona spjega kif l-quddies għandha erba’ taqsimiet, bl-ewwel waħda tkun il-mixgħela.
DANIEL CARDONA
ARĊIPRIET
“Fejn ġesu ġie ddikjarat bħala d-dawl tad-dinja fejn ukoll issir it-tħabbira tal-Għid. Dik l-ewwel parti fejn aħna wkoll ikollna fuklar żgħir fejn ikollna l-ħatab mixgħul. It-Tradizzjoni qabel il-pandemija konna nagħmluha lejn il-bieb ta’ barra tal-knisja. Minn ħabba r-restrizzjonijiet li għandna u anke minħabba r-raġuni wkoll li se tkun live-steamed biex nikkontjenu wkoll is-sitwazzjoni ħa nagħmluha fuq l-artal l-mixgħela tad-dawl il-ġdid”
Wara dan isir is-smigħ tal-kelma, fejn tingħad l-istorja tas-salvazzjoni kollha mill-bidu sat-tmiem.
L-Arċipriet stqarr li dan kollu kien possibbli permezz tal-għajnuna tat-taqsima tat-teknoloġija ta’ tliet każini tal-banda differenti li ssieħbu flimkien. Wieħed jista’ jsegwi l-quddiesa fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Każin Banda San Filep

Опубликовано:

 

2 апр 2021

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
IL-BEGIGGA TAL-BIRGU B’DIFFERENZA
1:40
Просмотров 1,9 тыс.
L-UŻU TAS-SEATBELT 62 SENA WARA
2:03
Просмотров 7
South Africa on 7 July 2024 Today
15:51
Просмотров 172 тыс.
France's Election Results Explained
8:06
Просмотров 1,5 млн
GRUPP TAL-BOLT JOĦORĠU FUQ STRAJK
2:45
Просмотров 296
FEARNE U SCICLUNA MA NAQSU MKIEN
2:03
Просмотров 1,4 тыс.