Тёмный

L-EWWEL BALLU T’AWWISSU BI PRESIDENZA ĠDIDA 

ONE News Malta
Подписаться 28 тыс.
Просмотров 160
50% 1

ONE.COM.MT • Għall-ewwel darba, taħt il-Presidenza ta’ Myriam Spiteri Debono, se tittella’ edizzjoni oħra tal-August Moon Ball, ballu li żgur hu ta’ divertiment għal ħafna, imma b’għan nobbli li żgur ħa jgħin lil ħafna li huma fil-bżonn.
KITBA: SHANAYA FARRUGIA
FILMAT: DORIAN BORG
“B’dawn l-avvenimenti, min iħabbtilna l-bieb, inkunu nistgħu ngħinuh. Dan kien kliem il-President tar-Repubblika Myriam Spiteri Debono waqt it-tnedija tal-Ballu tal-Qamar t’Awwissu, li se jiġi organizzat fil-Palazz Verdala s-Sibt tlieta t’Awwissu.
Il-President Spiteri Debono spjegat kif, minkejja li dan hu appuntament annwali fil-kalendarju presidenzjali, dan se jkun l-ewwel wieħed taħt il-kappa tagħha. Minkejja dan, bl-istess mod bħas-snin kollha preċedenti, dan se jkun mezz ta’ divertiment, li jservi wkoll bħala kawża ġusta, hekk kif il-fondi li jinġabru fih imorru direttament b’riżq il-Malta Community Chest Fund.
Il-President żiedet tgħid li kull ma jmur, aktar nies qed jiġu bżonn l-għajnuna u l-appoġġ ta’ dan il-fond nazzjonali, hekk kif jiżdiedu każi ta’ mard li jaffettwaw iżjed nies.
MYRIAM SPITERI DEBONO
PRESIDENT TA’ MALTA
“Qegħdin nagħtu nifs ġdid lil min kien jaħseb li għandu kundanna tal-mewt bil-kanċer u nitlobkom u nitlob lill-poplu biex min jinteressah li jkollu esperjenza sabiħa, anke ż-żgħażagħ, għax billi ballu mhuwiex biss għal min hu ta’ ċerta età. Nitlob li jikkonkorru, tkun serata vera sabiħa, ilha ssir żmien u jkunu qegħdin jgħinu kawża ġusta ħafna.”
Il-Kap Eżekuttiv tal-Kumitat Organizzattiv tal-ballu, il-Markeżin Daniel de Petri Testaferrata, spjega kif dan l-avveniment, li saħansitra jattira persuni minn barra minn xtutna, se jkun ikkaratterizzat mill-melodiji tal-Forzi Armati ta’ Malta.
DANIEL DE PETRI TESTAFERRATA
KAP EŻEKUTTIV, KUMITAT ORGANIZZATTIV
“Il-fatt li din il-kontinwità, dan il-ballu li tant ilu jsir għal diversi snin ikompli bis-suċċess li dejjem kellu, hi xi ħaġa li għalija tagħtini sodisfazzjon enormi, għax jiena nħobb li nkunu qegħdin nagħtu lejl ta’ divertiment kbir, għax dan se jkun ballu eċċezzjonali, fis-sens li tkun fil-Palazz tal-Verdala, ikollna l-Forzi Armati ta’ Malta qed idoqqu, ikollna ikel u nbid mill-ifjen. Inkunu f’post, f’wieħed mill-ġojjelli tagħna l-Maltin u l-Għawdxin.”
Il-biljetti għall-ballu jinsabu diġà għall-bejgħ fuq is-sit uffiċjali tiegħu - augustmoonball.com.

Опубликовано:

 

2 июл 2024

Поделиться:

Ссылка:

Скачать:

Готовим ссылку...

Добавить в:

Мой плейлист
Посмотреть позже
Комментарии    
Далее
Her First Day on the Job - Myriam Spiteri Debono
23:50
ORDNATA PROTEZZJONI LIL FEARNE
2:15
Просмотров 75
Mass meeting Zaren Tal-Ajkla Zabbar Malta
2:59
Просмотров 6 тыс.
FEARNE U SCICLUNA MA NAQSU MKIEN
2:03
Просмотров 1,5 тыс.
GRUPP TAL-BOLT JOĦORĠU FUQ STRAJK
2:45
Просмотров 354
L-UŻU TAS-SEATBELT 62 SENA WARA
2:03
Просмотров 53
France's Stunning Election Results Explained
9:39
KATEGORIKU FUQ IL-PROTESTA TAL-COURIERS
2:50